This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0224
Case T-224/10: Action brought on 17 May 2010 — Association Belge des Consommateurs Tests-Achats v Commission
Kawża T-224/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Mejju 2010 — Association Belge des Consommateurs Tests-Achats vs Il-Kummissjoni
Kawża T-224/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Mejju 2010 — Association Belge des Consommateurs Tests-Achats vs Il-Kummissjoni
ĠU C 209, 31.7.2010, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/41 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2010 — Association Belge des Consommateurs Tests-Achats vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/10)
()
2010/C 209/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL/Belgische Verbruikersunie Test-Aankoop VZW (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: F. Filpo u A. Fratini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Nru C(2009) 9056 u Nru C(2009) 8954, tat-12 ta’ Novembru 2009, fil-Każ COMP/M.5549 — EDF/SEGEBEL; u |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjonijiet kkontestati sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tirreferix parzjalment il-konċentrazzjoni bejn Electricité de France S.A. u Segebel lill-Awtortità tal-Kompetizzjoni tal-Belġju taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) u ddikjarat il-konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni suġġetta għal impenji, taħt l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, mingħajr ma bdiet il-proċeduri taħt l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Insostenn tal-argumenti tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-motivi segwenti:
|
Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma nieqsa minn motivazzjoni suffiċjenti, jiksru l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, u huma vvizjati minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma tikkunsidrax b’mod xieraq ir-relazzjoni kompetittiva bejn l-entità magħquda u l-operatur diġà stabbilit GDF Suez. |
|
Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tagħha li tipparteċipa fil-proċedura. |
|
Fit-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kellhiex l-elementi koninċenti u deċiżivi sabiex tikkonkludi li t-tranżazzjoni ma kinitx ser tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni, mingħajr ma tibda l-proċeduri taħt l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li dawn id-difetti jaffettwaw ukoll id-deċiżjoni li ma tirreferix il-każ lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Belġju, peress li l-Kummissjoni ma kellhiex elementi biżżejjed sabiex tistabbilixxi jekk kinitx jew le l-awtorità fl-aħjar pożizzjoni sabiex tittratta t-tranżazzjoni nnotifikata. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08, Vol. 03, p. 40)