Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TJ0488

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tas-16 ta' Diċembru 2011.
    ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique - Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 93/37/KEE - Kunċett ta’ ‘sussidju dirett’ - Kunċett ta’ ‘tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment’ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità.
    Kawża T-488/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:767





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 – Franza vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-488/10)

    “FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique – Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 93/37/KEE – Kunċett ta’ ‘sussidju dirett’ – Kunċett ta’ ‘tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment’ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ proporzjonalità”

    1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Intervent li għandu bħala effett li jtaffi l-ispejjeż ta’ impriża - Effett fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ sussidju fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 93/37 (Artikolu 107(1) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 2(1)) (ara l-punti 25-33)

    2.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37 - Finalità - Effett utli (Direttiva tal-Kunsill 93/37) (ara l-punti 59-65)

    3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja (Artikolu 296 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 2(2)) (ara l-punti 68-71)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5229, tat-28 ta’ Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) abbażi ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-objettiv 1 għal intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique fi Franza.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top