Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TJ0275

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tat-22 ta' Novembru 2011.
mPAY24 GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MPAY24 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rettifika tad-deċiżjoni mill-Bord tal-Appell - Att ineżistenti - Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95.
Kawża T-275/10.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:683





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Novembru 2011 – mPAY24 vs UASI – Ultra (MPAY24)

(Kawża T-275/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali MPAY24 – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rettifika tad-deċiżjoni mill-Bord tal-Appell – Att ineżistenti – Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 42, 50, 51, 58-60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1102/2008‑1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav u mPAY24 GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1102/2008-1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top