EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TJ0172

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Marzu 2012.
Colas vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASE-SEAL - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw forma ta' djamant - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti COLAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Kawża T-172/10.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:119





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 —
Colas vs UASI — García-Teresa Gárate u Bouffard Vicente (BASE‑SEAL)

(Kawża T-172/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASE-SEAL — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw forma ta’ djamant — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti COLAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39-42, 59-63)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Frar 2010 (Każ R 450/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Colas u, min-naħa l-oħra, Rosario García-Teresa Gárate u Carmen Bouffard Vicente.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Frar 2010 (Każ R 450/2009‑4) hija annullata fir-rigward tal-prodotti li ma humiex il-prodotti kimiċi użati fix-xjenza, fil-fotografija, fl-agrikoltura, fl-ortikoltura u fil-foresterija, tad-demel u tas-sustanzi kimiċi li jippreżervaw il-prodotti tal-ikel imsemmija fid-deċiżjoni msemmija.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top