EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0439

Kawża T-439/10 R: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat- 8 ta’ Settembru 2011 — Fulmen vs Il-Kunsill ( Miżuri provviżorji — Politika barranija u tas-sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran intiżi sabiex jipprojbixxu l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza )

ĠU C 319, 29.10.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/22


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-8 ta’ Settembru 2011 — Fulmen vs Il-Kunsill

(Kawża T-439/10 R)

(Miżuri provviżorji - Politika barranija u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran intiżi sabiex jipprojbixxu l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 319/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fulmen (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Cujo, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti kkontestati segwenti, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39);

ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25);

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81);

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top