Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0346

    Kawża T-346/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Settembru 2011 — Borax Europe vs REACH ( Rikors għal annullament — REACH — Identifikazzjoni tal-aċidu boriku u tat-tetraborat tad-diossidju anidrat bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà )

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/23


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2011 — Borax Europe vs REACH

    (Kawża T-346/10) (1)

    (Rikors għal annullament - REACH - Identifikazzjoni tal-aċidu boriku u tat-tetraborat tad-diossidju anidrat bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)

    2011/C 340/48

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Borax Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Nordlander, avukat, u H. Pearson, solicitor)

    Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-REACH, ippubblikata fit-18 ta’ Ġunju 2010, li tidentifika l-aċidu boriku (KE Nru 233-139-2) u t-tetraborat tad-diossidju anidrat (KE Nru 215-540-4) bħala sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), u li tinkludi dawk is-sustanzi fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tal-imsemmi regolament, skont l-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (2)

    Borax Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH).

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


    Top