This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0115
Case T-115/10: Order of the General Court of 24 May 2011 — United Kingdom v Commission (Action for annulment — Directive 92/43/EEC — Conservation of natural habitats and of wild fauna and flora — Decision 2010/45/EU — List of sites of Community importance for the Mediterranean biogeographical region — Measure not open to challenge — Measure merely confirmatory — Inadmissibility)
Kawża T-115/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Mejju 2011 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi — Deċiżjoni 2010/45/UE — Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att purament konfermattiv — Inammissibbiltà” )
Kawża T-115/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Mejju 2011 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi — Deċiżjoni 2010/45/UE — Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att purament konfermattiv — Inammissibbiltà” )
ĠU C 211, 16.7.2011, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-115/10) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2010/45/UE - Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà)
2011/C 211/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent, assistit minn D. Wyatt, QC, u M. Wood, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u S. Boelaert, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2010, L 30, p. 322), sa fejn iżżomm fuq il-lista, sit bl-isem ta’ “Estrecho Oriental” (bir-referenza ES6120032) bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibili. |
(2) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(3) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja. |