EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0025

Kawża T-25/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Novembru 2011 — BASF Schweiz u BASF Lampertheim vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq tal-istabbilizzaturi tal-landa u tal-istabbilizzaturi tas-sħana ESBO/esters — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ċessjoni tad-deċiżjoni — Tmiem tal-iskop ta’ kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 6, 7.1.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011 — BASF Schweiz u BASF Lampertheim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tal-istabbilizzaturi tal-landa u tal-istabbilizzaturi tas-sħana ESBO/esters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ċessjoni tad-deċiżjoni - Tmiem tal-iskop ta’ kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 6/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BASF Schweiz AG, li qabel kienet BASF Specialty Chemicals Holding GmbH (Basel, l-Isvizzera); u BASF Lampertheim GmbH (Lampertheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Montag u T. Wilson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Sauer, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi tas-sħana), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma diretti lejn ir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


Top