Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0500

    Kawża T-500/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2011 — Dorma vs UASI — Puertas Doorsa (doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DORMA — Dokumenti ġodda li jirrigwardaw l-eżistenza tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 6, 7.1.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Dorma vs UASI — Puertas Doorsa (doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS)

    (Kawża T-500/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DORMA - Dokumenti ġodda li jirrigwardaw l-eżistenza tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2012/C 6/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dorma GmbH & Co. KG (Ennepetal, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Doorsa, SL (Petrel, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 542/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dorma GmbH & Co. KG u Puertas Doorsa, SL.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Dorma GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


    Top