EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0444

Kawża T-444/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Frar 2013 — Esge vs UASI — De’Longhi Benelux (KMIX) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KMIX — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BAMIX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Esge vs UASI — De’Longhi Benelux (KMIX)

(Kawża T-444/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KMIX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BAMIX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 108/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Esge AG (Bussnang, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: De’Longhi Benelux SA, li kienet Kenwood Appliances Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Strickland, solicitor, u L. St Ville, barrister)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1249/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Esge AG u Kenwood Appliances Luxembourg SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Esge AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top