EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0441

Kawżi magħquda T-441/10 P sa T-443/10 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Marzu 2012 — Kurrer et vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Klassifikazzjoni fi grad — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad matul ir-reklutaġġ — Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ trattament ugwali” )

ĠU C 126, 28.4.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2012 — Kurrer et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-441/10 P sa T-443/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad matul ir-reklutaġġ - Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ trattament ugwali)

2012/C 126/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Christian Kurrer (Watermael-Boitsfort, il-Belġju) (Kawża T-441/10 P); Salvatore Magazzu (Brussell, il-Belġju) (Kawża T-442/10 P); u Stefano Sotgia (Dublin, l-Irlanda) (Kawża T-443/10 P) (rappreżentant M. Velardo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Tliet appelli mis-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-8 ta’ Lulju 2010, Magazzu vs Il-Kummissjoni (F-126/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), Sotgia vs Il-Kummissjoni (F-130/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u Kurrer vs Il-Kummissjoni (F-139/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiżi għall-annullament ta’ dawn is-sentenzi.

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Christian Kurrer, Salvatore Magazzu u Stefano Sotgia għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


Top