Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0400

    Kawża T-400/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Diċembru 2014 – Hamas vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Riferiment għal atti terroristiċi — Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”

    ĠU C 56, 16.2.2015, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Hamas vs Il-Kunsill

    (Kawża T-400/10) (1)

    ((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Riferiment għal atti terroristiċi - Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

    (2015/C 056/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Driessen u R. Szostak, sussegwentement B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

    Parti konvenuta insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Konstantinidis u É. Cujo, sussegwentement M. Konstantinidis u F. Castillo de la Torre, aġenti)

    Suġġett

    Inizjalment, talba għal annullament tal-Avviż tal-Kunsill għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU 2010, C 188, p. 13), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/386/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2010, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 178, p. 28), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1285/2009 (ĠU L 178, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/386/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2010, tal-Kunsill 2011/70/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, tal-Kunsill 2011/430/PESK, tat-18 ta’ Lulju 2011, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/872/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2011, tal-Kunsill 2012/333/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, tal-Kunsill 2012/765/PESK, tal-10 ta’ Diċembru 2012, tal-Kunsill 2013/395/PESK, tal-25 ta’ Lulju 2013, tal-Kunsill 2014/72/PESK, tal-10 ta’ Frar 2014, u tal-Kunsill 2014/483/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jħassar id-deċiżjonijiet, rispettivament, 2011/430, 2011/872, 2012/333, 2012/765, 2013/395 u 2014/72, huma annullati, għal dak li jikkonċernaw il-Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem).

    2)

    Ir-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010, tal-Kunsill Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, tal-Kunsill Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, tal-Kunsill Nru 1375/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, tal-Kunsill Nru 542/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, tal-Kunsill Nru 1169/2012, tal-10 ta’ Diċembru 2012, tal-Kunsill Nru 714/2013, tal-25 ta’ Lulju 2013, tal-Kunsill Nru 125/2014, tal-10 ta’ Frar 2014, u tal-Kunsill Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassru r-Regolament ta’ Implementazzoni rispettivament (UE) Nru 1285/2009, Nru 610/2010, Nru 83/2011, Nru 687/2011, Nru 1375/2011, Nru 542/2012, Nru 1169/2012, Nru 714/2013 u Nru 125/2014, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw il-Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem).

    3)

    L-effetti tad-Deċiżjoni 2014/483 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 790/2014 jinżammu għal tliet xhur minn meta tiġi deċiża din is-sentenza jew, jekk appell jiġi ppreżentat fit-terminu stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq dan l-appell.

    4)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    5)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tal-Hamas.

    6)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


    Top