EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0369

Kawża T-369/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Marzu 2012 — You-Q vs UASI — Apple Corps (BEATLE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEATLE — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BEATLES u THE BEATLES — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Reputazzjoni — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti” )

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — You-Q vs UASI — Apple Corps (BEATLE)

(Kawża T-369/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEATLE - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BEATLES u THE BEATLES - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Reputazzjoni - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti)

(2012/C 138/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: You-Q BV, li kienet Handicare Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. van Roeyen)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apple Corps Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Terry, solicitor, u F. Clark, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1276/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple Corps Ltd u Movingpeople.net International BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

You-Q BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010


Top