Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0363

Kawża T-363/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Novembru 2011 — Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESTORE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Ksur tad-dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009” )

ĠU C 6, 7.1.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)

(Kawża T-363/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESTORE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ksur tad-dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 6/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Schäffler u J. Springer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant): R. Manea, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1560/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RESTORE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Abbott Laboratories hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


Top