Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0324

    Kawża T-324/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Marzu 2013 — Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni ( “Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ banana li ġejja mill-Ekwatur — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b), u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Żball tal-awtoritajiet doganali — Negliġenza manifesta tal-persuna kkonċernata” )

    ĠU C 129, 4.5.2013, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2013 — Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-324/10) (1)

    (Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ banana li ġejja mill-Ekwatur - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b), u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Żball tal-awtoritajiet doganali - Negliġenza manifesta tal-persuna kkonċernata)

    2013/C 129/27

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Firma Léon Van Parys (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment P. Vlaemminck u A. Hubert, sussegwentement P. Vlaemminck, R. Verbeke u J. Auwerx, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Keppenne u F. Wilman, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J. C. Halleux u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn P. Vander Schueren, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, li tikkonstata li huwa ġustifikat li jsir teħid kont a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u li t-tnaqqis tad-dazji huwa ġġustifikat fir-rigward ta’ debitur, iżda ma huwiex iġġustifikat fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari.

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, li tikkonstata li huwa ġustifikat li jsir teħid kont a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u li t-tnaqqis tad-dazji huwa ġustifikat fir-rigward ta’ debitur, iżda li ma huwiex ġustifikat fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari, huwa annullat.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Firma Léon Van Parys NV.

    (4)

    Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


    Top