EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0176

Kawża T-176/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Ottubru 2011 — Seven vs UASI — Seven for all mankind (SEVEN FOR ALL MANKIND) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND — Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element seven — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 )

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Seven vs UASI — Seven for all mankind (SEVEN FOR ALL MANKIND)

(Kawża T-176/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND - Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element ‘seven’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 340/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven for all mankind LLC (Vernon, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Gautier-Sauvagnac, avukat, B. Guimberteau, avukat, M. Choukroun, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1514/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Seven for all mankind LLC.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1514/200-2) huwa annullat.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Seven SpA fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u dawk li hija sostniet fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

(4)

Seven for all mankind LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 161, 19.6.2010.


Top