Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0143

Kawża T-143/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Novembru 2011 — Ben Ri Electrónica vs UASI — Sacopa (LT LIGHT-THECNO) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LT LIGHT-THECNO — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti LT — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 370, 17.12.2011, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2011 — Ben Ri Electrónica vs UASI — Sacopa (LT LIGHT-THECNO)

(Kawża T-143/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LT LIGHT-THECNO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti LT - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 370/39

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ben Ri Electrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A.I. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sacopa, SAU (Sant Jaume de Llierca, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 1625/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ben Ri Electrónica, SA u Sacopa, SA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 1625/2008-4), hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Ben-Ri Electrónica, SA.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010


Top