EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0099

Kawża T-99/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Meica vs UASI — TofuTown.com (TOFUKING) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja TOFUKING — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 )

ĠU C 319, 29.10.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Meica vs UASI — TofuTown.com (TOFUKING)

(Kawża T-99/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja TOFUKING - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 319/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: TofuTown.com GmbH (Wiesbaum, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Krause u F. Cordt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2010 (Każ R 63/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u TofuTown.com GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta’ Jannar 2010 (Każ R 63/2009-4) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG

(3)

TofuTown.com GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


Top