Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0029

    Kawżi T-29/10 u T-33/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Marzu 2012 — Il-Pajjizi l-Baxxi u ING Groep vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Settur finanzjarju — Għajnuna maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat membru — Kontribuzzjoni ta’ kapital bl-għażla mogħtija lill-benefiċċjarju tal-għajnuna bejn ir-rimbors jew il-konverżjoni tat-titoli — Tibdil tal-kundizzjonijiet tar-rimobrs matul il-proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju tal-investitur privat — Rabta neċessarja u proporzjonata bejn l-ammont tal-għajnuna u l-entità tal-miżuri maħsuba sabiex tiġi permessa l-kompatibbiltà tal-għajnuna” )

    ĠU C 118, 21.4.2012, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2012 — Il-Pajjizi l-Baxxi u ING Groep vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi T-29/10 u T-33/10) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Settur finanzjarju - Għajnuna maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat membru - Kontribuzzjoni ta’ kapital bl-għażla mogħtija lill-benefiċċjarju tal-għajnuna bejn ir-rimbors jew il-konverżjoni tat-titoli - Tibdil tal-kundizzjonijiet tar-rimobrs matul il-proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat - Rabta neċessarja u proporzjonata bejn l-ammont tal-għajnuna u l-entità tal-miżuri maħsuba sabiex tiġi permessa l-kompatibbiltà tal-għajnuna)

    2012/C 118/38

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż u l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C Wissels, Y. de Vries u M. de Ree, aġenti, assistiti minn P. Glazener, avukat) (Kawża T-29/10); u ING Groep NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment O. Brouwer, M. Knapen u J. Blockx, avukati, sussegwentement minn O. Brouwer, J. Blockx u M. O’Regan, solicitor (Kawża T-33/10)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-33/10: De Nederlandsche Bank NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment B. Nijs u G. van der Klis, sussegwentement minn G. van der Klis, M. Petite u S. Verschuur, u finalment minn M. Petite u S. Verschuur, avukati)

    Suġġett

    Talbiet għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/608/KE, tat-18 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 (ex N 138/09) implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING (ĠU 2010, L 274, p. 139).

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-29/10 u T-33/10 huma magħquda flimkien għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

    (2)

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/608/KE, tat-18 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 (ex N 138/09) implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING kif ukoll it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni u l-Anness II ta’ din id-deċiżjoni huma annullati.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


    Top