This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0009
Case T-9/10: Judgment of the General Court of 21 February 2013 — Evropaïki Dynamiki v Commission (Public service contracts — Tender procedure — Supply of external services relating to the provision of electronic publications — Rejection of a tenderer’s bid — Award of the contract to another tenderer — Selection and award criteria — Obligation to state reasons — Manifest error of assessment)
Kawża T-9/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta Frar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni relatati mal-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
Kawża T-9/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta Frar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni relatati mal-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
ĠU C 108, 13.4.2013, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta Frar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-9/10) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni relatati mal-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 108/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti inizjalment minn E. Petritsi, avukat, sussegwentement minn E. Petritsi u O. Graber-Soudry, solicitor, iktar sussegwentement minn E. Manhaeve, assistit minn O. Graber-Soudry)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta Ottubru 2009, sa fejn din tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 2, intitolat “Pubblikazzjoni elettronika ibbażata fuq Microsoft SharePoint Server”, u, b’mod partikolari, sa fejn tagħti l-kuntratti lill-offerenti magħżula, kif ukoll sa fejn tagħti żewġ kuntratti tal-lott Nru 3, intitolat, “Pubblikazzjoni elettronika bbażata fuq pjattaformi b’sors liberu”, lil impriża membru ta’ żewġ konsorzji differenti, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10224 dwar il-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi (ĠU 2009/S 109-156511), u min-naħa l-oħra, talba għad-danni mressqa abbażi tal-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |