EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0125

Kawża F-125/10: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2010 — Schuerewegen vs Il-Parlament

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/68


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2010 — Schuerewegen vs Il-Parlament

(Kawża F-125/10)

()

2011/C 30/135

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniel Schuerewegen (Marienthal, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li permezz tagħha r-rikorrent tkeċċa mill-post tax-xogħol tiegħu u li permezz tagħha l-pass tax-xogħol tiegħu ġie revokat kif ukoll il-miżuri meħuda sussegwentement għal din id-deċiżjoni u t-talba għal danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-30 ta’ Awwissu 2010 li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-25 ta’ Marzu 2010 li permezz tagħha r-rikorrent tkeċċa bl-użu tal-forza, mingħajr ġustifikazzjoni u notifika bil-miktub jew verbali u mingħajr avviż bil-quddiem, u li permezz tagħha l-pass tax-xogħol tieġħu ġie revokat, kif ukoll il-miżuri meħuda sussegwentement għal din id-deċiżjoni;

jindika lill-konvenut l-effetti tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u b’mod partikolari l-kumpens għad-danni sostnuti mir-rikorrent;

jikkundanna lill-konvenut għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi kollha li jirriżultaw mill-problemi tas-saħħa tar-rikorrent wara dawn l-avvenimenti;

jikkundanna lill-konvenut jirrestitwixxi kull ġurnata ta’ leave annwali li r-rikorrent ħa wara l-25 ta’ Marzu 2010, flimkien ma’ kull ġurnata ta’ leave għal mard;

jikkundanna lill-konvenut jibgħat lir-rikorrent apoloġija pubblika u bil-miktub sabiex kulħadd ikun jaf li huwa ma wettaq l-ebda żball;

jikkundanna lill-konvenut jiżgura li r-rikorrent sussegwentement ma jġarrab l-ebda trattament jew miżura ta’ natura vessatorja jew diskriminatorja minħabba l-att ikkontestat li jikkawża preġudizzju;

jikkundanna lill-konvenut jiżgura li l-ebda traċċa tal-att li jikkawża preġudizzju, tal-motivazzjonijiet tiegħu jew tal-konsegwenzi tiegħu ma jibqa’ fil-fajl individwali tar-rikorrent;

jikkundanna lill-konvenut isib mill-ewwel u malajr post għar-rikorrent li jkun biżżejjed ’il bogħod mill-post tax-xogħol attwali sabiex ikun jista’ jerġa’ jibda jaħdem f’kundizzjonijiet umanament aċċettabbli;

jikkundanna lill-konvenut jiżġura li l-persuni li pparteċipaw, biex ikkonċepew, b’mod attiv jew indirettament, fl-att li jikkawża preġudizzju jkunu s-suġġett ta’ twissija u/jew sanzjonijiet adegwati;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 10 000 għad-danni morali kif ukoll l-ammont provviżorju ta’ EUR 5 000 għad-danni materjali, bħal ħsara għal żieda;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


Top