Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0115

    Kawża F-115/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Novembru 2010 — Jacques Biwer et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/66


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Jacques Biwer et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-115/10)

    ()

    2011/C 30/130

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jacques Biwer (Bascharage, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarji mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti tat-tagħlim superjuri tiġi kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħal allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-iskola mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni tal-PMO tal-Lussemburgu, li ma ġietx ikkomunikata lir-rikorrenti, li permezz tagħha ċerta għajnuna finanzjarji mogħtija mill-Istat Lussemburgiż, permezz taċ-CEDIES, lill-istudenti tat-tagħlim superjuri, fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż, tiġi issa kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħall allowances mogħtija abbażi tal-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, skont l-Artikolu 67(2), li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowances għall-istudji mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti;

    jannulla l-istqarrijiet ta’ kull xahar tas-salarju tar-rikorrenti stabbiliti skont id-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq sa minn Jannar 2010 u tax-xhur segwenti u jordna l-ħruġ ta’ stqarrijiet ġodda emendati b’effett minn Jannar 2010;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top