Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0111

    Kawża F-111/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Ottubru 2010 — Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/65


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-111/10)

    ()

    2011/C 30/129

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad in-nota tar-rikorrenti li permezz tagħha titlob mingħand il-konvenuta l-protezzjoni skont l-Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, u t-talba għad-danni.

    Talbiet tar-rikorrenti

    l-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrenti tal-1 ta’ Ottubru 2009 u, jekk ikun meħtieġ, tal-ittra/deċiżjoni tal-IDOC tat-3 ta’ Novembru 2009 u tal-ittra tad-direttur ġenerali tad-Direzzjoni Ġenerali Riżorsi Umani tal-Kummissjoni Ewropea, tat-22 ta’ Marzu 2010;

    sa fejn ikun meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tagħha, deċiżjoni tat-3 ta’ Awwissu 2010 u nnotifikata l-għada, l-4 ta’ Awwissu 2010;

    Għaldaqstant,

    li l-miżuri msemmija fit-talba tagħha tal-1 ta’ Ottubru 2009 jittieħdu mill-Awtorità tal-Ħatra;

    li b’mod partikolari, il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal tiġi ggarantita;

    li l-ilmenti li saru kontra r-rikorrenti jiġu rtirati min-noti tas-6 ta’ Mejju u tat-30 ta’ Settembru 2008 u li jingħataw id-danni bħala ħlas għall-ħsara li sofriet ir-rikorrenti;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top