EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0105

Kawża F-105/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ottubru 2010 — Bömcke vs BEI

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/65


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Bömcke vs BEI

(Kawża F-105/10)

()

2011/C 30/127

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni meħuda mid-direttur tar-riżorsi umani tal-konvenut li tikkonferma li l-mandat ta’ rappreżentant tal-persunal tar-rikorrent skada u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tar-riżorsi umani tal-BEI nnotifikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Ottubru 2010 li huwa rċieva fil-15 ta’ Ottubru 2010,

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali kkawżati mid-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq lir-rikorrent u għal dan il-għan takkordalu l-ammont ta’ EUR 25 000,

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


Top