This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0044
Case F-44/10: Action brought on 11 June 2010 — Lebedef v Commission
Kawża F-44/10: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
Kawża F-44/10: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
ĠU C 209, 31.7.2010, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/56 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-44/10)
()
2010/C 209/91
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ residenza barra mill-post fejn huwa assenjat matul leave tal-mard.
Talbiet tar-rikorrent
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Awwissu 2009 li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ residenza barra mill-post fejn huwa assenjat matul il-leave tal-mard tiegħu mit-3 ta’ Awwissu sat-3 ta’ Settembru 2009 u, b’mod partikolari, matul il-perijodu mit-13 sat-30 ta’ Awwissu 2009; |
— |
talloka lir-rikorrent kumpens morali ekwivalenti għar-remunerazzjoni ta’ ħamest ijiem, ikkalkulat abbażi ta’ parti minn għoxrin tar-remunerazzjoni mensili tiegħu għal kull jum ikkumpensat; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |