EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0059

Kawża F-59/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Mejju 2011 — Barthel, Reiffers u Massez vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Servizz pubbliku — Kwistjonijiet proċedurali — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Ilment tardiv — Inammissibbiltà)

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/29


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 — Barthel, Reiffers u Massez vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-59/10) (1)

(Servizz pubbliku - Kwistjonijiet proċedurali - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Ilment tardiv - Inammissibbiltà)

(2012/C 138/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Yvette Barthel (Arlon, il-Belġju), Marianne Reiffers (Olm, il-Lussemburgu) u Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna t-talba tar-rikorrenti li jibbenefikaw minn allowance għal xogħol kontinwu jew bix-xift prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76, tad-9 ta’ Frar 1976, li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 78).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010, p. 28.


Top