Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0084

    Kawża F-84/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 5 ta’ Ġunju 2012 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra)

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/31


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-84/10) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra)

    2012/C 217/65

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Efstratios Chatzidoukakis (Schrassig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V.Christianos, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li ibnu jirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    M. Chatzidoukakis huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 13, 15.01.11, p. 39.


    Top