Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0613

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' April 2011.
    Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Commissione tributaria provinciale di Parma - l-Italja.
    Rinviju għal deċiżoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża C-613/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:266





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2011 – Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma

    (Kawża C-613/10)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà manifesta”

    Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 19-32 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Commissione tributaria provinciale di Parma - Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Strutturi sanitarji pubbliċi jew privati li jeżerċitaw attività eżentata - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi użati fl-imsemmija attivitajiet eżentati

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2010, hija manifestament inammissibbli.

    Top