Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0526

    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2010.
    Mariyus Noko Ngele vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tad-drittijiet tad-difiża - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
    Kawża C-526/10 P(R).

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:793





    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Noko Ngele vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C‑526/10 P(R))

    “Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tad-drittijiet tad-difiża – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

    Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragraftu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 14-16)

    Suġġett

    Appell ippreżentat kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-8 ta’ Settembru 2010, Noko Ngele vs Il‑Kummissjoni (T‑15/10 R II), li permezz tiegħu ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għal miżuri provviżorji tar-rikorrent intiża sabiex jiġi ddikkjarat illegali l-proċess verbali tal-Kummissjoni (2009) 1874 finali, tas-27 ta’ Mejju 2009, dwar id-deċiżjoni tagħha li tagħti għajnuna legali lil wieħed mill-ex membri tagħha u lil diversi membri tal-persunal tagħha - Ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tad-drittijiet tad-difiża - Kunflitt ta’ interess manifest.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Noko Ngele għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

    Top