Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0496

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tad-19 ta' Jannar 2012.
    Proċedura kriminali kontra Aldo Patriciello.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Giudice di Pace di Venafro - l-Italja.
    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet - Artikolu 8 - Proċeduri kriminali għar-reat ta' inġurja - Dikjarazzjonijiet imwettqa barra mill-bini tal-Parlament - Kunċett ta' "opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari" - Immunità - Kundizzjonijiet.
    Kawża C-496/10.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:24





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello

    (Kawża C‑496/10)

    “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Membru tal-Parlament Ewropew — Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet — Artikolu 8 — Proċeduri kriminali għar-reat ta’ inġurja — Dikjarazzjonijiet magħmula barra mill-bini tal-Parlament — Kunċett ta’ ‘opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari’ — Immunità — Kundizzjonijiet”

    Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — Membri tal-Parlament Ewropew — Immunità għall-opinjonijiet espressi u l-voti mitfugħa fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet — Applikazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja mibdija kontra membru tal-Parlament -Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali adita (Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 8) (ara l-punti 15-17, 19 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Ufficio del Giudice di Pace di Venafro — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967 152, p. 13) — Membru tal-Parlament Ewropew li fil-konfront tiegħu qed jiġi attribwit reat ta’ inġurja wara li għamel akkuża falza fil-konfront ta’ rappreżentant tal-forzi tal-ordni — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari?

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li dikjarazzjoni magħmula minn Deputat Ewropew barra mill-Parlament Ewropew, li wasslet għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu għar-reat ta’ inġurja, tikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari li tibbenefika mill-immunità prevista f’din id-dispożizzjoni biss meta din id-dikjarazzjoni tikkorrispondi għal evalwazzjoni suġġettiva li għandha rabta diretta u evidenti mal-qadi ta’ tali dmirijiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti fil-kawża prinċipali.

    Top