Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0370

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-14 ta' Marzu 2011.
    Ravensburger AG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni).
    Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva EDUCA Memory game - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali MEMORY - Rifjut tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità mill-Bord tal-Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Raġunijiet relattivi għal rifjut.
    Kawża C-370/10 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:149





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 – Ravensburger vs UASI

    (Kawża C-370/10 P)

    “Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark figurattiva EDUCA Memory game – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali MEMORY – Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) u (5) – Raġunijiet relattivi għal rifjut”

    Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a)) (ara l-punti 49-51)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Ravensburger vs UASI (T-243/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “MEMORY”, għal prodotti fil-klassi 28, kontra d-Deċiżjoni R 597/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-appellanti kontra t-trade mark figurattiva “EDUCA Memory game”, għal prodotti fil-klassi 28

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top