Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0511

    Kawża C-511/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis- 27 ta’ Ottubru 2010 — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2010 — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

    (Kawża C-511/10)

    ()

    2011/C 30/25

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Finanzamt Hildesheim

    Konvenuta: BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

    Domanda preliminari

    It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri jippreskrivu b’mod prinċipali kriterju ta’ determinazzjoni ta’ proporzjon li huwa differenti minn dak ibbażat fuq in-natura tat-tranżazzjoni għad-determinazzjoni tal-proporzjon tat-taxxa input fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat?


    (1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


    Top