EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0278
Case C-278/10: Action brought on 3 June 2010 — European Commission v Hellenic Republic
Kawża C-278/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
Kawża C-278/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
ĠU C 209, 31.7.2010, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/31 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-278/10)
()
2010/C 209/43
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Margelis u Iro Dimitriou)
Konvenuti: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx, jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/103/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/103/KE fis-sistema legali interna skada fil-5 ta’ Jannar 2009.