EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0479

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-10 ta' Mejju 2011.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Renju ta' l-Iżvezja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/30/KE - Kontroll tat-tniġġis - Valuri ta' limitu għall-konċentrazzjonijiet ta' PM10 fl-arja ambjentali.
Kawża C-479/10.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:287





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 – Il‑Kummissjoni vs L-Isvezja

(Kawża C-479/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 1999/30/KE – Kontroll tat-tniġġis – Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/30, Artikolu 5(1))

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Aritkolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) - Eċċess tal-valuri ta’ limitu għall-partiċelli ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005, 2006 u 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4 u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5.

Dispożittiv

1)

Billi eċċeda l-valuri ta’ limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005 sa 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4, u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.

2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top