Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0365

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-24 ta' Marzu 2011.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika tas-Slovenja.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kontroll tat-tniġġis - Valuri limitu għall-konċentrazzjnijiet ta' PM10 fl-arja ċirkostanti.
    Kawża C-365/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:183





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Il-Kummissjoni vs Is-Slovenja

    (Kawża C-365/10)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Kontroll tat-tniġġis – Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti”

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Suġġett tal-kawża - Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża - Obbligu li tiġi ppreżentata espożizzjoni koerenti u dettaljata tal-ilmenti - Portata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 19, 20)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [arja ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1) - Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex il-konċentrazzjonijiet ta’ PM 10 fl-arja ċirkostanti ma jaqbżux il‑valuri limitu stabbiliti.

     Dispożittiv

    1)

    Billi qabżet, għas-snin 2005 sa 2007, il-valuri limitu applikabbli għall‑konċentrazzjonijiet annwali u ta’ kuljum ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti, ir‑Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l‑ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti].

    2)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top