Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0043

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Settembru 2012.
    Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias et vs Ypourgos Perivallontos, Chorotaxias kai Dimosion ergon et.
    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttivi 85/337/KEE, 92/43/KEE, 2000/60/KE u 2001/42/KE — Politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma — Devjazzjoni ta’ xmara — Kunċett ta’ ‘terminu’ biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ maniġġar għal distrett ta’ baċin tax-xmara.
    Kawża C-43/10.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:560

    SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)

    11 ta’ Settembru 2012 ( *1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttivi 85/337/KEE, 92/43/KEE, 2000/60/KE u 2001/42/KE — Politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma — Devjazzjoni ta’ xmara — Kunċett ta’ ‘terminu’ biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ maniġġar għal distrett ta’ baċin tax-xmara”

    Fil-Kawża C-43/10,

    li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ Jannar 2010, fil-proċedura

    Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias,

    Dimos Agriniou,

    Dimos Oiniádon,

    Emporiko kai Viomichaniko Epimelitirio Aitoloakarnanias,

    Enosi Agrotikon Synetairismon Agriniou,

    Aitoliki Etaireia Prostasias Topiou kai Perivallontos,

    Elliniki Ornithologiki Etaireia,

    Elliniki Etaireia gia tin prostasia tou Perivallontos kai tis Politistikis Klironomias,

    Dimos Mesologiou,

    Dimos Aitolikou

    Dimos Inachou,

    Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton Nomou Aitoloakarnanias,

    Pagkosmio Tameio gia ti Fysi WWF Ellas

    vs

    Ypourgos Perivallontos, Chorotaxias kai Dimosion ergon,

    Ypourgos Esoterikon, Dimosias Dioikisis kai Apokentrosis,

    Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon,

    Ypourgos Anaptyxis,

    Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon,

    Ypourgos Politismou,

    fil-preżenza ta’:

    Nomarchiaki Aftodioikisi Trikalon,

    Nomarchiaki Aftodioikisi Magnisias,

    Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI),

    Nomarchiaki Aftodioikisi Karditsas,

    Nomarchiaki Aftodioikisi Larisas,

    Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton tou Nomou Trikalon,

    Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton tou Nomou Larisis,

    Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton tou Nomou Karditsas,

    Techniko Epimelitirio Elladas — Perifereiako Tmima Kentrikis kai Dytikis Thessalias,

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),

    komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot u U. Lõhmus, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Levits, A. Ó Caoimh, L. Bay Larsen (Relatur), T. von Danwitz, A. Arabadjiev u E. Jarašiūnas, Imħallfin,

    Avukat Ġenerali: J. Kokott,

    Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,

    wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-24 ta’ Mejju 2011,

    wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

    għal Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias, Dimos Agriniou, Dimos Oiniádon, Emporiko kai Viomichaniko Epimelitirio Aitoloakarnanias, Enosi Agrotikon Synetairismon Agriniou, Aitoliki Etaireia Prostasias Topiou kai Perivallontos, Elliniki Ornithologiki Etaireia, Elliniki Etaireia gia tin prostasia tou Perivallontos kai tis Politistikis Klironomias, Dimos Mesologiou, Dimos Aitolikou, Dimos Inachou, Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton Nomou Aitoloakarnanias, Pagkosmio Tameio gia ti Fysi WWF Ellas, minn C. Rokofyllos, G. Christoforidis, V. Dorovinis, N. Alevizatos, M. Asimakopoulou, E. Kiousopoulou u N. Chatzis, avukati,

    għal Nomarchiaki Aftodioikisi Trikalon, minn A. Tigkas, avukat,

    għal Nomarchiaki Aftodioikisi Magnisias, minn X. Kontiadis, avukat,

    għal Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI), minn C. Synodinos u F.-A. Mouratian, avukati,

    għal Nomarchiaki Aftodioikisi Karditsas, minn A. Kormalis, avukat,

    għal Nomarchiaki Aftodioikisi Larisas, Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton tou Nomou Trikalon, Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton tou Nomou Larisis, Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton tou Nomou Karditsas, Techniko Epimelitirio Elladas — Perifereiako Tmima Kentrikis kai Dytikis Thessalias, minn S. Flogaïtis, A. Sinis u G.Sioiuti, avukati,

    għall-Gvern Elleniku, minn G. Karipsiadis, C. Mitkidis u K. Kardakastanis, bħala aġenti,

    għall-Gvern Norveġiż, minn K. Moe Winther u I. Thue, bħala aġenti,

    għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Recchia u S. Petrova kif ukoll minn I. Chatzigiannis u P. Oliver, bħala aġenti,

    wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-15 ta’ Settembru 2011,

    tagħti l-preżenti

    Sentenza

    1

    It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275),), tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 85/337”), tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157), tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).

    2

    Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat minn Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias (Amministrazzjoni tal-prefettura tad-Dipartiment ta’ Aitoloakarnania), u minn persuni ġuridiċi oħrajn, kontra l-Ypourgos Perivallontos, Chorotaxias kai Dimosion ergon (Ministru tal-Ambjent, tal-Urbaniżmu u tax-Xogħlijiet Pubbliċi), u kontra ministri oħrajn, u li għandha bħala suġġett atti li jirrigwardaw il-proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-korsa superjuri tal-ilmijiet tax-xmara Achéloos (il-Greċja tal-Punent) lejn ix-xmara Pineios, f’Thessalie.

    Il-kuntest ġuridiku

    Id-dritt tal-Unjoni

    Id-Direttiva 2000/60

    3

    Il-premessi 19, 20, 25 u 32 tad-Direttiva 2000/60 huma fformulati b’dan il-mod:

    “(19)

    Din id-Direttiva timmira sabiex iżżomm u ttejjeb l-ambjent akwatiku fil-Komunità. Dan l-iskop huwa primarjament konċernat mal-kwalità tal-ilmijiet konċernati. Il-kontroll tal-kwantità huwa element anċillari fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma u b’hekk miżuri fuq il-kwantità, li għandhom l-għan li jassiguraw kwalità tajba, iridu jkunu stabbiliti wkoll.

    (20)

    L-istatus kwantitattiv ta’ korp ta’ ilma ta’ taħt l-art jista’ jkollu impatt fuq il-kwalità ekoloġiku ta’ l-ilma tal-wiċċ u ekosistemi terrestri assoċjati ma’ dak il-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art.

    […]

    (25)

    Definizzjonijiet komuni tal-istat ta’ l-ilma f’termini ta’ kwalità u, fejn hu relevanti għall-iskop tal-protezzjoni ta’ l-ambjent, ta’ kwantità, iridu jkunu mwaqqfa. Għandhom ikunu ffissati għanijiet ambjentali biex jiżguraw stat tajjeb fl-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ fil-Komunità u li tkun imwaqqfa d-deterjorazzjoni fl-istat tal-ilmijiet f’livell Komunitarju.

    […]

    (32)

    Jista’ jkun hemm raġunijiet għal eżenzjonijiet mill-ħtiġiet biex tiġi prevenuta aktar deterjorazzjoni jew sabiex jinkiseb stat tajjeb taħt kundizzjonijiet speċifiċi, jekk in-nuqqas huwa ir-riżultat ta’ ċirkostanzi imprevisti jew eċċezzjonali, partikolarment dulluvji u nuqqas ta’ xita, jew, għal raġunijiet ogħla ta’ interess pubbliku, ta’ modifikazzjonijiet ġodda għall-karatteristiċi fiżiċi ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet sal-livell ta’ korpi ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, sakemm il-passi kollha prattikabbli jittieħdu biex jitnaqqsu l-impatti ta’ ħsara fuq l-istat tal-korp ta’ l-ilma.”

    4

    L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi t-termini li ġejjin:

    “[…]

    10)

    ‘Korp ta’ ilma tal-wiċċ’ ifisser element diskret u sinifikanti ta’ ilma tal-wiċċ bħal lag, reservoir, ilma kurrenti, xmara jew kanal, parti minn ilma kurrenti, xmara jew kanal, ilma transizzjonali jew tul ta’ ilma kostali;

    […]

    13)

    ‘Baċin tax-xmara’ ifisser żona ta’ art minn fejn kull ilma ġieri tal-wiċċ inixxi minn sekwenza ta’ ilma kurrenti, xmajjar u, possibilment, lagi għal ġo l-baħar minn bokka waħda ta’ xmara, estwarju jew delta;

    14)

    ‘Sotto-baċin’ ifisser iż-żona ta’ art minn fejn l-uċuħ kollha jiġru minn ġo serje ta’ kurrenti ta’ l-ilma, xmajjar u, possibilment, lagi għal punt partikolari f’kors ta’ l-ilma (normalment lag jew konfluenzi ta’ xmara);

    15)

    ‘Distrett ta’ baċin tax-xmara’ ifisser iż-żona ta’ art u baħar, magħmula minn wieħed jew aktar baċini tax-xmara fil-qrib flimkien ma’ l-ilmijiet assoċjati tagħhom u ilmijiet tal-kosta, li huwa identifikat taħt l-Artikolu 3(1) bħala l-unità prinċipali għall-immaniġġjar ta’ baċini ta’ l-ilma;

    […]

    17)

    ‘Stat ta’ l-ilma tal-wiċċ’ hija l-espressjoni ġenerali ta’ stat ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ, stabbilit mill-ifqar stat ekoloġiku u tal-istat kimiku tiegħu;

    18)

    ‘Stat tajjeb ta’ ilma tal-wiċċ’ ifisser l-istat milħuq mill-korp ta’ l-ilma tal-wiċċ meta l-istat ekoloġiku u l-istat kimiku tiegħu huma għall-inqas ‘tajbin’;

    19)

    ‘Stat ta’ l-ilma ta’ taħt l-art’ hija l-espressjoni ġenerali ta’ stat ta’ korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, stabbilit mill-ifqar stat kwantitattiv u tal-istat kimiku tiegħu;

    20)

    ‘Stat tajjeb ta’ ilma ta’ taħt l-art’ ifisser l-istat milħuq mill-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art meta l-istat kwantitattiv u l-istat kimiku tagħhom huma għall-inqas ‘tajbin’.

    21)

    ‘Stat ekoloġiku’ hija espressjoni tal-kwalità ta’ struttura u funzjoni ta’ ekosistemi akkwatiċi assoċjati ma’ l-ilma tal-wiċċ, klassifikati skond l-Anness V;

    22)

    ‘Stat ekoloġiku tajjeb’ huwa l-istat ta’ korp tal l-ilma tal-wiċċ, kif klassifikat skond l-Anness V;

    […]

    24)

    ‘Stat kimiku tajjeb ta’ ilma tal-wiċċ’ ifisser l-istat kimiku meħtieġ biex jilħaq għanijiet ta’ l-ambjent ta’ l-ilma tal-wiċċ imwaqqaf fl-Artikolu 4(1)(a), li huwa l-istat kimiku milħuq minn korp ta’ ilma tal-wiċċ fejn konċentrazzjoni ta’ kontaminanti ma’ jaqbżux l-istandards tal-kwalità ambjentali imwaqqfa fl-Anness IX u taħt l-Artikolu 16(7), u taħt leġislazzjoni Komunitarja relevanti oħra li jwaqqfu standards ta’ kwalità ambjentali fil-livell Komunitarju;

    25)

    ‘Stat kimiku tajjeb ta’ ilma ta’ taħt l-art’ huwa l-istat kimiku ta’ korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, li jilħaq il-kundizzjonijiet kollha maħruġa fit-tabella 2.3.2 ta’ l-Anness V;

    26)

    ‘Stat kwantitattiv’ hija espressjoni tal-grad ta’ fejn korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art huwa affetwat b’estrazzjonijiet diretti u indiretti;

    […]

    28)

    ‘Stat tajjeb kwantitattiv’ huwa l-istat defenit fit-tabelli 2.1.2 ta’ l-Anness V.;

    […]”

    5

    L-Artikolu 3(1) u (4) tal-istess direttiva jipprovdi li:

    1.   L-istati Membri jridu jidentifikaw il-baċini individwali tax-xmara li qegħdin fi ħdan it-territorju nazzjonali tagħhom u, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, iridu jassenjawhom għal distretti tal-baċin tax-xmara individwali. Baċini żgħar tax-xmara jistgħu jiġu kombinati ma’ baċini akbar tax-xmara jew magħquda ma’ baċini żgħar fil-qrib biex jiġu ffurmati distretti ta’ baċini tax-xmara individwali fejn xieraq. Fejn ilmijiet ta’ taħt l-art ma’ jsegwux bis-sħiħ baċin tax-xmara partikolari, iridu jiġu identifikati u assenjati ma’ distrett tal-baċin tax-xmara l-aktar viċin jew l-aktar adattat. Ilmijiet tal-kosta jridu jiġu identifikati u assenjati ma’ distrett jew distretti ta’ baċin tax-xmara l-aktar viċin jew l-aktar adattat.

    […]

    4.   L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali skond l-Artikolu 4, u partikolarment li l-programmi kollha tal-miżuri huma kordinati għad-distrett kollu tal-baċin tax-xmara. […]”

    6

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 huwa fformulat kif ġej:

    “1.   Meta l-programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ikunu qed isiru operazzjonali:

    a)

    għall-ilma tal-wiċċ

    i)

    L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu deterjorazzjoni tal-istat ta’ kull korp ta’ l-ilma tal-wiċċ, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 6 u 7 u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8;

    ii)

    L-Istati Membri jridu jipproteġu, jenfazizzaw u jsaħħu l-korpi kollha ta’ l-ilma tal-wiċċ, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ sottoparagrafu (iii) għal korpi ta’ l-ilma artifiċjali u modifikati ħafna, bil-ħsieb li jinkiseb stat tajjeb ta’ l-ilma tal-wiċċ mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, bi qbil mad-disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ estensjonijiet determinati skond paragrafu 4 u għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 5, 6 u 7 mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8;

    […]

    b)

    għall-ilma ta’ taħt l-art

    i)

    L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu jew jillimitaw id-dħul tal-kontaminanti fl-ilma ta’ taħt l-art u biex jipprevjenu id-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 6 u 7 u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11(3)(j);

    ii)

    L-Istati Membri jridu jipproteġu, jiżviluppaw u jsaħħu l-korpi kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, jiżguraw bilanċ bejn estrazzjoni u charge mill-ġdid ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, bil-mira għal ksib ta’ stat tajjeb ta’ l-ilma ta’ taħt l-art mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, skond mad-disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ estensjonijiet determinati skond paragrafu 4 u għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 5, 6 u 7 mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11(3)(j);

    […]4.   It-termini taż-żmien stabbiliti bil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-iskopijiet li jinkisbu f’fażijiet l-għanijiet għal korpi ta’ l-ilma, sakemm aktar deterjorazzjoni ma’ titfaċċax fl-istat tal-korp ta’ l-ilma affetwat meta l-kundizzjonijiet kollha li jmiss jintlaħqu:

    a)

    L-Istati Membri jistabbilixxu li kull titjib meħtieġ fl-istat ta’ korpi ta’ l-ilma ma’ jistgħux ikunu miksuba raġonevolment fit-tul ta’ żmien stabbilit f’dak il-paragrafu għall-anqas waħda mir-raġunijiet li jmiss:

    i)

    l-iskala ta’ titjib meħtieġ tista’ tkun miksuba biss f’fażijiet li jeċċedu it-tul ta’ żmien, għar-raġunijiet ta’ fattibilità teknika;

    ii)

    it-temma tat-titjib f’dan it-tul ta’ żmien jista’ jkun disproporzjonalment għoli;

    iii)

    kundizzjonijiet naturali ma’ jippermettux żvilupp fil-ħin fl-istat tal-korp ta’ l-ilma;

    b)

    Estensjoni taż-żmien stipulat, u r-raġunijiet għalih, huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan tal-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13;

    ċ)

    Estensjonijiet iridu jiġu limitati sa’ massimu ta’ żewġ aġġornament oħra tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin ta’ l-ilma barra f’każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali huma tali li l-għanijiet ma’ jkunux jistgħu jintlaħqu f’dan il-perjodu;

    d)

    Sommarju ta’ miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 11 li huma kunsidrati meħtieġa biex il-korpi ta’ l-ilma jinġiebu progressivament fl-istat meħtieġ sa’ ż-żmien stipulat estiż, ir-raġunijiet għal kull dewmien sinifikanti meta dawn il-miżuri jkunu qed isiru operazzjonali, u l-orarju mistenni għall-implimentazzjoni tagħhom huma stabbiliti fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Reviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri u ġabra ta’ kull miżuri addizzjonali jridu jiġu inklużi fl-aġġornamenti tal-pjan ta’ mmaniġġjar ta’ baċini tax-xmara.

    5.   L-Istati Membri jistgħu jimmiraw biex jiksbu għanijiet ambjentali anqas stretti minn dawk meħtieġa taħt paragrafu 1 għal korpi speċifiċi ta’ l-ilma meta jkunu tant affetwati minn attività umana, kif stabbiliti skond l-Artikolu 5(1), jew il-kundizzjoni naturali tagħhom hija tant li l-kisba ta’ dawn l-għanijiet jistgħu ikunu għolja disproporzjonalment jew mhux fattibli, u l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu milħuqa:

    a)

    il-ħtiġiet ambjentali u soċio-ekonomiċi moqdija minn din l-attività umana ma’ jistgħux ikunu miksuba b’modi oħra, li huma sinifikament għażla ambjentali aħjar u li ma’ jinvolvux spejjeż disproporzjonati;

    b)

    L-Istati Membri jiżguraw:

    għall-ilma tal-wiċċ, l-aktar stat kimiku u ekoloġiku għoli possibli huwa miksub, provduti impatti li raġonevalment ma’ jkunux jistgħu jiġu evitati minħabba in-natura ta’ attività jew tniġġiż uman,

    għall-ilma tal-wiċċ, l-anqas tibdil possibbli lill-istat tajjeb ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, provduti impatti li raġonevolment ġew evitati minħabba in-natura ta’ attività jew tniġġiż uman;

    ċ)

    ma’ titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta’ korp ta’ l-ilma affetwat;

    d)

    it-twaqqif ta’ għanijiet ambjentali anqas stretti, u r-raġunijiet għalihom, huma speċifikament imsemmija fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13 u dawk l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin.

    6.   Deterjorazzjoni temporanja fl-istat ta’ korpi ta’ l-ilma ma tiksirx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jekk din tirriżulta minn ċirkostanzi ta’ kawżi naturali jew forzi maġġuri li huma eċċezzjonali jew li ma’ setgħux ikunu raġonevolment imbassra, partikolarment dulluvji estremi u nuqqas ta’ xita għal tul ta’ żmien, jew ir-riżultat ta’ ċirkostanzi minħabba aċċidenti li ma’ setgħux raġonevolment ikunu mbassra, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu intlaħqu:

    a)

    il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jipprevjenu aktar deterjorazzjoni fl-istat u sabiex ma’ tkunx kompromessa il-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva f’korpi oħra ta’ l-ilma mhux affetwati b’dawk iċ-ċirkostanzi;

    b)

    il-kundizzjonijiet taħt liema ċ-ċirkostanzi li huma eċċezzjonali jew li ma’ setgħux raġonevolment jiġu mbassra jistgħu jiġu dikjarati, inkluża l-adozzjoni ta’ indikaturi xierqa, huma msemmija fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara;

    ċ)

    il-miżuri li jridu jittieħdu taħt ċerta ċirkostanzi eċċezzjonali huma inklużi fil-programm ta’ miżuri u ma’ jikkompromettux l-irkupru tal-kwalità tal-korp ta’ l-ilma kemm il-darba ċ-ċirkostanzi ikunu spiċċaw;

    d)

    l-effetti taċ-ċirkostanzi li huma eċċezzjonali jew li ma’ setgħux raġonevolment jiġu mbassra huma riveduti annwalment u, bla ħsara għar-raġunijiet stabbiliti f’paragrafu 4(a), il-miżuri prattikabbli kollha huma meħuda bl-għan li jkun restawrat il-korp ta’ l-ilma fl-istat tiegħu qabel l-effetti ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, malajr daqskemm raġonevolment prattikabbli, u

    e)

    ġabra tal-effetti taċ-ċirkostanzi u ta’ dawn il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu skond paragrafi (a) u (d) huma inklużi fl-aġġornament li jmiss tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.

    7.   L-Istati Membri ma’ jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta:

    nuqqas li jinkiseb stat tajjeb ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, stat ekoloġiku tajjeb jew, fejn relevanti, potenzjal ekoloġiku tajjeb jew għal prevenzjoni minn deterjorament fl-istat ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ huwa r-riżultat ta’ modifikazzjonijiet ġodda għall-karatteristiċi fiżiċi tal-korp ta’ l-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet sal-livell ta’ korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art, jew le

    nuqqas ta’ prevenzjoni ta’ deterjorazzjoni minn stat għoli għal stat tajjeb ta’ l-ilma tal-wiċċ huwa r-riżultat ta’ attivitajiet sostenibbli ġodda ta’ żvilupp uman.

    u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu milħuqa:

    a)

    il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jitnaqqsu l-impatti kuntrarji fuq l-istat tal-korp ta’ l-ilma;

    b)

    ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin ta’ l-ilma meħtieġ skond l-Artikolu 13 u l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin;

    ċ)

    ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma ta’ interess pubbliku suprem u/jew il-benefiċċji għall-ambjent u għas-soċjeta mill-kisba ta’ l-għanijiet stabbilti f’paragrafu 1 huma anqas importanti mill-benefiċċji ta’ modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet għas-saħħa tal-bniedem, għal manteniment tas-sigurtà tal-bniedem jew għal żvilupp sostenibbli, u

    d)

    l-għanijiet ta’ benefiċċju moqdija minn dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet tal-korp ta’ l-ilma ma’ jistgħux, għar-raġunijiet ta’ fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, jkunu miksuba b’modi oħra, li huma għażla aħjar ta’ l-ambjent.

    8.   Meta jkun qed japplika l-paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7, Stat Membru jrid jiżgura li l-applikazzjoni ma’ teskludix b’mod permaneti jew tikkomprometti l-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva f’korpi oħra ta’ l-ilma fi ħdan l-istess distrett tal-baċin tax-xmara u huwa konsistenti ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja oħra ambjentali.

    9.   Passi għandhom jittieħdu biex jiżguraw li l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ġodda, inklużi l-applikazzjoni ta’ paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7, jiggarantixxu għall-anqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħal-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti.”

    7

    L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60 jipprovdi li:

    “Kull Stati Membru jrid jiżgura li għal kull distrett tal baċin tax-xmara jew għal parti ta’ distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa fi ħdan it-territorju tiegħu:

    analiżi tal-karatteristiċi tiegħu,

    reviżjoni tal-impatt ta’ attività umana fuq l-istat ta’ l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ, u

    analiżi ekonomika ta’ użu ta’ l-ilma

    hija marbuta skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa fl-Anness II u III u li huwa komplut sa’ l-anqas erba snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”

    8

    L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:

    “L-Istati Membri jridu jiżguraw li jkun stabbilit reġistru jew reġistri ta’ kull żona li qegħda f’kull distrett tal-baċin ta’ l-ilma li ġew nominati li jeħtieġu protezzjoni speċjali taħt leġislazzjoni Komunitarja speċifika għall-protezzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ tagħhom jew għall-konservazzjoni ta’ habitats u speċi li jiddependu direttament fuq l-ilma. Huma jridu jiżguraw li r-reġistri huma kompleti mhux aktar tard minn erba snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”

    9

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ din l-istess direttiva:

    “L-Istati Membri jridu jikkunsidraw il-prinċipju ta’ rkuprar ta’ l-ispejjeż tas-servizzi ta’ l-ilma, inklużi l-ispejjeż ta’ l-ambjent u tar-riżorsi, wara li jiġu kkunsidrati l-analiżi ekonomiċi imwettqa skond l-Anness III, u bi qbil partikolarment mal-prinċipju ta’ minn iniġġes iħallas.”

    10

    L-Artikolu 11(7) tad-Direttiva 2000/60 huwa fformulat kif ġej:

    “Fl-implimentazzjoni ta’ miżuri skond il-paragrafu 3, l-Istati Membri jridu jieħdu l-passi xierqa biex ma’ jżidux it-tniġġiż ta’ ilmijiet marittimi. Mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni eżistenti, l-applikazzjoni ta’ miżuri meħuda skond il-paragrafu 3 ma jistgħu taħt ebda kundizzjoni jwasslu, għal żieda ta’ tniġġiż kemm dirett jew indirett fl-ilma tal-wiċċ. Din il-ħtieġa ma’ għandiex tapplika fejn tirriżulta żieda ta’ tniġġiż ta’ l-ambjent sħiħ.”

    11

    L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprovdi li:

    “1.   L-Istati Membri jridu jiżguraw li pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara huwa prodott għal kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed kollu fi ħdan it-territorju tagħhom.

    […]

    4.   Il-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jrid jinkludi l-informazzjoni dettaljata fl-Anness VII.

    5.   Pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jistgħu jkunu supplimentati bil-produzzjoni ta’ aktar programmi dettaljati u pjanijiet ta’ mmaniġġjar għal sub-baċin, settur, kwistjoni, jew tip ta’ ilma, biex jiġi negozjat ma’ aspetti partikolari tal-immaniġġjar ta’ l-ilma. Implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri ma’ tridx teżenta l-Istati Membri mill-ebda obbligazzjoni tagħhom taħt il-kumplament ta’ din id-Direttiva.

    6.   Pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jridu jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn disa’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    7.   Pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin ta’ l-ilma jridu jiġu riveduti u aġġornati mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u kull sitt xhur wara.”

    12

    L-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:

    “1.   L-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-involviment attiv tal-partijiet kollha interessati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment fil-produzzjoni, reviżjoni u aġġornament tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Stati Membri jridu jiżguraw li, għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, iridu jippubblikaw u jagħmlu disponibbli għal kummenti lill-pubbliku, inklużi utenti:

    a)

    orarju u programm tax-xogħol għall-produzzjoni tal-pjan, inkluż prospett tal-miżuri ta’ konsultazzjoni li jridu jittieħdu, għall-anqas tlett snin qabel il-bidu tal-perjodu riferut mill-pjan;

    b)

    deskrizzjoni interim tal-kwistjonijiet sinifikanti ta’ l-immaniġġjar ta’ l-ilma identifikat fil-baċin tax-xmara, għall-anqas sentejn qabel il-bidu tal-perjodu riferut fil-pjan;;

    ċ)

    kopji ta’ abbozz tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, għall-inqas sena qabel il-bidu tal-perjodu riferut fil-pjan.

    Fuq talba, aċċess irid jingħata għal dokumenti u informazzjoni ta’ l-isfond użati għall-iżvilupp ta’ l-abbozz tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.

    2.   L-Istati Membri jridu jħallu għall-anqas sitt xhur biex jikkummentaw bil-kitba fuq dawk id-dokumenti sabiex jippermettu konsultazzjoni u involviment attiv.

    3.   Paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu ugwalment biex jaġġornaw pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.”

    13

    L-Artikolu 15 tal-istess direttiva jipprovdi:

    “1.   L-Istati Membri jridu jibgħatu kopji tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara u l-aġġornamenti kollha sussegwenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra konċernati fi żmien tlett xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom:

    a)

    għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri, il-pjanijiet kollha ta’ l-immaniġġjar tax-xmara li jkopru dak it-territorju nazzjonali u pubblikati skond l-Artikolu 13;

    b)

    għal distretti internazzjonali tal-baċin tax-xmara, għall-anqas il-parti tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tax-xmara li jkopru t-territorju tal-Istat Membru.

    2.   L-Istati Membri jridu jagħtu rapporti sommarji ta’:

    l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5, u

    il-programmi ta’ osservazzjoni disinjati taħt l-Artikolu 8,

    li daħlu għalihom għall-iskopijiet tal-ewwel pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara fi żmien tlett xhur mill-kompletazzjoni tagħhom.

    3.   L-Istati Membri jridu, fi żmien tlett snin mill-pubblikazzjoni ta’ kull pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jew aġġornament taħt l-Artikolu 13, jibagħtu rapport interim li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-miżuri ppjanati.”

    14

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2003 u jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni biha.

    Id-Direttiva 85/337

    15

    L-Artikolu 1 tad-Direttiva 85/337 huwa fformulat kif ġej:

    “1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istima [evalwazzjoni] ta’ l-effetti ambjentali ta’ dawk il-proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.

    2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

    “proġett” tfisser:

    l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ istallazjonijiet jew skemi oħra,

    interventi oħra fil-madwar u pajsaġġ naturali inklużi dawk li jimplikaw l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;

    “żviluppatur” tfisser:

    l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privat jew l-awtorita pubblika li tibda proġett;

    “kunsens għal żvilupp” tfisser:

    id-deċiżjoni ta’ l-awtorita jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur biex jipproċedi bil-proġett.

    “il-pubbliku” ifisser:

    persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

    “il-pubbliku interessat” ifisser:

    il-pubbliku affettwat jew x’altarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess.

    […]

    5.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b’att speċifiku ta’ leġislazzjoni nazzjonali, ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż dak ta’ forniment ta’ informazzjoni, jinkisbu permezz ta’ proċess leġislattiv.”

    16

    L-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:

    “Stati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, qabel ma jingħata kunsens, proġetti li aktarx ikollhom effetti sinifikattivi fuq l-ambjent minħabba inter alia, in-natura, il-kobor u l-post tagħhom ikunu suġġetti għal stima [evalwazzjoni] fir-rigward ta’ l-effetti tagħhom. […]”

    17

    L-Artikolu 5(3) tal-istess direttiva jipprovdi:

    “L-informazzjoni li l-iżviluppatur għandu jagħti skond il-paragrafu 1 għandha tinkludi għall-inqas:

    deskrizzjoni tal-proġett li tinkludi informazzjoni dwar il-post, disinn u kobor tal-proġett,

    deskrizzjoni tal-miżuri antiċipati biex jevitataw, inaqqsu u, jekk possibbli, jirrimedjaw l-effetti sinifikanti kuntrarji,

    id-data mitluba biex ikunu identifikati u stmati l-effetti prinċipali li l-proġett aktarx ikollu fuq l-ambjent,

    il-punti prinċipali (‘outline’) ta’ l-alternattivi ewliena studjati mill-iżviluppatur u indikazzjoni dwar ir-raġunijiet prinċipali tal-għażla tiegħu, filwaqt li jqis l-effetti fuq l-ambjent,

    sommarju mhux tekniku tat-tagħrif imsemmi fl-inċiżi ta’ qabel.”

    18

    Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 85/337:

    “1.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet li aktarx ikunu konċernati bil-proġett minħabba r-responsabilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jingħataw opportunita li jesprimu l-opinjoni tagħhom wara t-talba għal kunsens fuq l-iżvilupp. Stati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li għandhom ikunu konsultati għal dan il-għan f’termini ġenerali jew f’kull każ meta ssir it-talba għal kunsens. L-informazzjoni miġbura skond l-Artikolu 5 għandha tintbagħat lil dawn l-awtoritajiet. Arranġamenti dettaljati għal konsultazzjoni għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

    2.   Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli, dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista’ jiġi pprovvdut b’mod raġjonevoli:

    a)

    fuq it-talba għall-kunsens dwar l-iżvilupp;

    b)

    il-fatt illi l-proġett huwa bla ħsara għal proċedura ta’ l-istima [evalwzzjoni] ta’ l-impatt ambjentali u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;

    ċ)

    id-dettalji ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom jista’ jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistioqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

    d)

    in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

    e)

    indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5;

    f)

    indikazzjoni dwar iż-żmenijiet jew il-posijiet meta u li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;

    g)

    id-dettalji ta’ l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skond il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri raġjonevoli taż-żmien, dan li ġej għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat:

    a)

    kull tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5;

    b)

    skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku interessat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

    ċ)

    skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2002/4/KE tal-Parlamewnt Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375)], it-tagħrif għajr dak riferit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    […]”

    19

    L-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:

    “Informazzjoni miġbura skond l-Artikoli 5, 6 u 7 għandha tittieħed in konsiderazzjoni fil-proċedura ta’ kunsens għal żvilupp.”

    20

    L-Artikolu 9(1) ta’ din l-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:

    “Meta tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu konċessi jew irrifjutati kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku bihom skond il-proċeduri xierqa u għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:

    il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kondizzjoni mehmuża magħha,

    wara li jkunu eżaminaw it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interesst, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet lifuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku,

    deskrizzjoni, fejn meħtieġa, tal-miżuri ewliena sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi maġġuri.”

    Id-Direttiva 2004/42

    21

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/42 jipprovdi li:

    “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    a

    “pjanijiet u programmi” tfisser pjanijiet u programmi, inklużi dawk ko-finanzjati mill-Komunità Ewropea, kif ukoll xi modifiki li jsirulhom:

    li huma suġġetti għall-preparazzjoni u/jew adozzjoni minn xi awtorita nazzjonali, reġjonali jew livell lokali jew li jkunu preparati minn xi awtorita għall-adozzjoni, permezz ta’ proċedura leġislattiva mill-Parlament jew il-Gvern, u

    li huma meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi;

    […]”

    22

    L-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:

    “Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima [evalwazzjoni] ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha:

    a)

    li huma ppreparati għall-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, l-immaniġġjar ta’ l-iskart, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma, it-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu, pjanar ta’ bliet u l-kampanja jew l-użu ta’ l-art u li jistabilixxu l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 85/337/KEE, jew

    b)

    li, in vista ta’ l-effett fuq iż-żoni li x’aktarx, ġew stabbiliti biex jiksbu stima [evalwazzjoni] bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 jew 7 tad-Direttiva 92/43/KEE.”

    Id-Direttiva 92/43

    23

    Skont it-tlettax-il premessa tad-Direttiva 92/43, “l-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa li tippromwovi l-manteniment ta’ biodiversità, billi tqis il-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u reġjonali, din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-għan ġenerali ta’ l-iżvilupp sostenibbli; billi l-manteniment ta’ dik il-biodiversità f’ċerti każijiet teħtieġ li jsiru, jew saħansitra jiġu mħajra, l-attivitajiet umani”.

    24

    L-Artikolu 2(3) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:

    “Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.”

    25

    L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva huwa fformulat f’dawn it-termini:

    “Għandu jiġi stabbilit n etwork ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt l-isem ta’ Natura 2000. Dan in-network, magħmul minn siti li jħaddnu fihom it-tipi ta’ habitat naturali elenkati fl-Anness I u l-habitat ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness II, għandhom jippermettu li t-tipi ta’ habitat naturali u l-habitat naturali ta’ l-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.

    In-network Natura 2000 se jkun fiha ż-żoni ta’ protezzjoni speċjali [(iktar ’il quddiem iż-“ŻPS”)] klassifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva 79/409/KEE [tal-Kunsill, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 98)].”

    26

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43 jipprovdi li:

    “1.   Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 1) u l-informazzjoni xjentifika relevanti, kull Stat Membru għandu jipproponi lista ta’ siti li jindikaw liema tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u liema speċi fl-Anness II li hemm fis-siti huma endemiċi għat-territorju tagħhom.. […]

    Il-lista għandha tkun mgħoddija lill-Kummissjoni, fi żmien tliet snin min-notifika ta’ din id-Direttiva, flimkien ma’ informazzjoni dwar kull sit. Dik l-informazzjoni jrid ikun fiha mappa tas-sit, isimha, il-post, id-daqs u l-fatti magħrufa li jirriżultaw mill-applikar tal-kriterji speċifikati fl-Anness III (Stadju 1) mogħtija f’għamla stabbilita mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

    2.   Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 2) u fl-istruttura kemm ta’ kull wieħed mill-ħames reġjuni bioġeografiċi msemmija fl-Artikolu 1(ċ) (iii) kif ukoll dik tat-territorju kollu msemmi fl-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni trid tistabilixxi, bi ftehim ma’ kull Stat Membru, lista preliminari tas-siti li huma ta’ importanza għall-Komunità [iktar ’il quddiem is-“SIK”)] msawra mil-listi ta’ l-Istati Membri li tidentifika dawk li jospitaw waħda jew aktar mit-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità.

    […]

    Il-lista tas-siti magħżula bħala [SIK], li tidentifika dawk li jilqgħu fihom waħda jew aktar mit-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

    3.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi stabbilita fi żmien sitt snin min-notifika ta’ din id-Direttiva.

    4.   Ladarba [SIK] jkun adottat skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat irid jinnomina dak is-sit bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni kemm jista’ jkun malajr u f’mhux aktar minn sitt snin żmien, u jistabilixxi prioritajiet skond l-importanza tas-siti għaż-żamma jew ir-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, ta’ tip ta’ habitat naturali fl-Anness I jew speċi fl-Anness II u għall-koerenza ta’ Natura 2000, u fl-isfond tat-theddid ta’ degradazzjoni jew qerda li jkunu esposti għaliha dawk is-siti.

    5.   Hekk kif sit jitniżżel fil-lista msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 dan ikun suġġett għall-Artikolu 6(2), (3) u (4).”

    27

    L-Artikolu 6(2) sa (4) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:

    “2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat ta’ l-ispeċi kif ukoll t-tfixkil ta’ l-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skond l-għanjiet ta’ din id-Direttiva.

    3.   Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.

    4.   Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.

    Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika, dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza.”

    28

    L-Artikolu 7 tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:

    “L-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandhom jissostitwixxu kull obbligu li joħroġ mill-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 79/409/KEE dwar iż-żoni klassifikati skond l-Artikolu 4(1) jew meqjusa bl-istess mod skond l-Artikolu 4(2) tiegħu, mid-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mid-data tal-klassifikazzjoni jew għarfien minn Stat Membru skond id-Direttiva 79/409/KEE, meta d-data ta’ l-aħħar tiġi aktar tard.”

    Id-Direttiva 79/408/KEE

    29

    L-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 79/409 jipprovdi li::

    “1.   L-ispeċi msemmija fl-anness i għandhom ikunu s-suġġetti ta’ miżuri speċjali ta’ konservazzoni li jikonċernaw il-habitats tagħhom bil-għan li tkun assigurata s-sopravvivenza u r-riproduzzjoni tagħhom fiż-żona tad-distribuzzjoni tagħhom.

    […]

    L-istati membri għandhom jikklassifikaw partikolarment l-aktar territorji tajbin fin-numru u daqs bħala [ŻPS] għall-konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi, b’ konsiderazzjoni tal-ħtiġiet tagħhom ta’ protezzjoni fiż-żona ġeografika tal-baħar u ta’ l-art fejn tapplika din id-direttiva.

    2.   L-istati membri għandhom jieħdu miżuri simili għall-ispeċi migratorji regolari mhux elenkati fl-anness i, billi jżommu f’moħħom il-ħtieġa tagħhom għal protezzjoni fiż-żona ġeografika tal-baħar u ta’ l-art fejn tapplika din id-direttiva, rigward iż-żoni ta’ tagħmmir, tbiddil u żoni fejn iqattgħu ix-xitwa u postijiet ta’ waqfien tul ir-rotot migratorji tagħhom. Għal dan il-għan, l-istati membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni fl-artijiet niedja u partikolarment għall-artijiet niedja ta’ importanza internazzjonali.”

    Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

    30

    Il-kawża prinċipali tirrigwarda proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-korsa superjuri tal-ilmijiet tax-xmara Achéloos lejn it-Thessalie (iktar ’il quddiem il-“proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali”). Dan il-proġett importanti, intiż sabiex jissodisfa mhux biss il-ħtiġijiet ta’ irrigazzjoni tar-reġjun ta’ Thessalie u l-produzzjoni ta’ elettriċità, iżda wkoll il-provvista ta’ ilma għall-konglomerazzjonijiet urbani ta’ dan ir-reġjun, ilu għal żmien twil is-suġġett ta’ tilwim. Diversi azzjonijiet, intiżi sabiex jinkiseb l-annullament tas-sentenzi ministerjali li japprovaw il-verżjonijiet suċċessivi ta’ dan il-proġett, inbdew minn organizzazzjonijiet ambjentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi internazzjonali kif ukoll minn awtoritajiet lokali kkonċernati.

    31

    Il-parametri ambjentali għal ċerti xogħlijiet tekniċi iżolati, inklużi fil-kuntest tal-imsemmi, kienu ġew inizjalment approvati permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tad-9 ta’ Ottubru 1991 u tal-21 ta’ April 1992 mill-Ministri kompetenti u kienu jikkonċernaw mina ta’ 18.5-il kilometru li tinkanala l-ilmijiet tax-xmara Achéloos lejn it-Thessalie, kif ukoll digi u ġibjuni tal-ilma, max-xogħlijiet li jirrigwardaw dan il-proġett.

    32

    Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet Ministerjali ġew annullati, permezz tas-sentenzi Nri 2759/1994 u 2760/1994 tas-Symvoulio tis Epikrateias (Kunsill tal-Istat) rispettivament, peress li ma kinux ibbażati fuq ebda studju tal-effett ambjentali tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Din il-qorti qieset li d-devjazzjoni ta’ parti mill-ilmijiet tax-xmara Achéloos lejn il-pjan ta’ Thessalie kien jikkostitwixxi proġett tekniku kumpless u ta’ daqs kbir li l-effett globali tiegħu fuq l-ambjent taż-żoni kkonċernati ma kienx limitat għat-total tal-konsegwenzi strettament lokali ta’ kull biċċa xogħol ikkunsidrata b’mod iżolat. Konsegwentement, ma kienx biżżejjed, li jitkejlu u li evalwati l-konsegwenzi ta’ dan il-proġett, sabiex jiġu żvelati l-effetti ambjentali ta’ kull biċċa xogħol meħuda separatament, iżda, għall-kuntrarju, kien neċessarju li jiġi ppreparat studju ġenerali li fih id-diversi konsegwenzi distinti u l-effetti ulterjuri tal-imsemmi proġett fuq l-ambjent jiġu kkunsidrati u evalwati flimkien, skont metodu xjentifiku adegwat.

    33

    Wara dawn is-sentenzi, twettaq studju uniku li kien jirrigwarda x-xogħlijiet kollha li kellhom jitwettqu fil-kuntest tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Konsegwentement, permezz tad-deċiżjoni konġunta tagħhom tal-15 ta’ Diċembru 1995, il-Ministri kompetenti approvaw il-parametri ambjentali li jikkonċernaw id-devjazzjoni parzjali lejn it-Thessalie tal-korsa superjuri tal-ilmijiet tax-xmara, kif ukoll il-kostruzzjoni u l-funzjonament tax-xogħlijiet assoċjati ma’ din l-operazzjoni, li fosthom kienu jinkludu, b’mod partikolari, ċentri idroelettriċi. Barra minn hekk, permezz ta’ deċiżjoni ministerjali oħra, il-volum massimu ta’ ilma li seta’ jiġi ddevjat tnaqqas minn 1100 għal 600 miljuni m3 għal kull sena.

    34

    Dawn id-deċiżjonijiet kienu mill-ġdid is-suġġett ta’ rikors għal annullament li ntlaqa’ permezz tas-sentenza Nru 3478/2000 tas-Symvoulio tis Epikrateias. Din il-qorti ddeċidiet li, fid-dawl tal-konstazzjonijiet u tal-evalwazzjonijiet inklużi fl-istudju tal-effetti ambjentali (iktar ’il quddiem l-“SEA”), kien jidher li dan l-istudju kien jinkludi evalwazzjoni fil-fond u ddokumentata tal-effett ta’ dawn ix-xogħlijiet meta mqabbla mal-ħtiġiet li dawn tal-aħħar kellhom jissodisfaw u, b’mod partikolari, maż-żamma u r-rinfurzar tal-produttività tal-pjan ta’ Thessalie. Madankollu, din il-qorti ddeċidiet ukoll li l-imsemmi studju ma kien jikkunsidra ebda soluzzjoni alternattiva li tippermetti li tiġi evitata d-distruzzjoni tal-parti l-kbira tal-monumenti importanti tar-reġjun ikkonċernat. Konsegwentement, l-imsemmija deċiżjonijiet ġew annullati kollha kemm huma.

    35

    Wara li ngħatat is-sentenza mis-Symvoulio tis Epikrateias, il-Ministru għall-Ambjent, għall-Ippjanar tat-Territorju u għax-Xogħlijiet Pubbliċi ddeċieda li jordna li jitwettaq “studju addizjonali tal-effetti ambjentali tad-devjazzjoni parzjali lejn it-Thessalie tal-ilmijiet tax-xmara Achéloos”. Minn dan l-istudju, imwettaq fl-2002, jirriżulta li l-għan tiegħu kien, b’mod partikolari, li jiġu esplorati proġetti li kienu kompletament alternattivi għal din id-devjazzjoni, li tiġi ppreżentata data ambjentali disponibbli fil-frattemp fiż-żoni affettwati mix-xogħlijiet u li jiġu ppreċiżati l-effetti ambjentali kif ukoll il-miżuri ta’ rimedju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni studji tekniċi mwettqa fuq l-imsemmija żoni mit-tlestija tal-istudju tal-effett ambjenali mwettaq fl-1995. L-imsemmi studju addizzjonali kien ġie approvat minn deċiżjoni tal-Ministru tal-Kultura tat-13 ta’ Marzu 2003.

    36

    Konsegwentement, il-Ministri kompetenti ħarġu d-deċiżjoni konġunta tagħhom tad-19 ta’ Marzu 2003 li permezz tagħha ġew approvati l-parametri ambjentali applikabbli għall-kostruzzjoni u għall-funzjonament tax-xogħlijiet li jiddevjaw parzjalment il-korsa superjuri tax-xmara Achéloos lejn it-Thessalie.

    37

    Dawn id-deċiżjonijiet ġew annullati permezz tas-sentenza Nru 1688/2005 tas-Symvoulio tis Epikrateias. F’din is-sentenza, ġie deċiż li, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet fis-seħħ dak iż-żmien tal-Liġi 1739/1987 (FEK A’ 201/20.11.1987) u fid-dawl kemm tad-Direttiva 2000/60 kif ukoll tal-prinċipju ta’ ġestjoni vijabbli tal-ilma, it-twettiq ta’ xogħlijiet li joperaw riżorsi tal-ilma huwa permess biss jekk dawn ix-xogħlijiet jifformaw parti minn programm ta’ żvilupp sostenibbli tal-imsemmija riżorsi. Issa, ix-xogħlijiet li jirrigwardaw il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali qatt ma ġew integrati f’tali programm li, barra minn hekk, qatt ma ġie implementat. B’konsegwenza tal-imsemmija sentenza ta’ annullament, is-Symvoulio tis Epikrateias annullat ukoll, permezz tas-sentenza tagħha Nru 1186/2006, deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2005, li permezz tagħha l-Ministru tal-Ambjent kien approva l-għoti tal-kuntratt li jikkonċerna “t-tlestija tad-diga ta’ Sykia”.

    38

    Fit-2 ta’ Awwissu 2006, ġiet adottata l-Liġi 3481/2006 (FEK A’ 162/2.8.2006), li l-Artikoli 9 u 13 tagħha, li japprovaw il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew ippreżentati quddiem il-parlament Grieg, taħt forma ta’ emenda, fis-6 ta’ Lulju 2006. L-Artikolu 9 ta’ din il-liġi kien jipprovdi li, sal mument tar-ratifikazzjoni tal-programm nazzjonali ta’ maniġġar u ta’ protezzjoni tal-potenzjal akkwatiku, kien possibbli li jiġu approvati l-pjanijiet ta’ maniġġar tal-ilmijiet ta’ baċini tax-xmara speċifiċi kif ukoll li jiġi ttrasferit l-ilma lejn baċini oħrajn, filwaqt li l-proġetti li jirrigwardaw tali pjanijiet kellhom jiġu approvati bil-liġi meta kien proġett ta’ daqs kbir jew ta’ importanza nazzjonali. Permezz tal-Artikolu 13 tal-imsemmija liġi, ix-xogħlijiet assoċjati mal-imsemmi proġett ġew ikklassifikati bħala xogħlijiet ta’ daqs kbir kif ukoll ta’ interess nazzjonali u l-pjan ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmara tax-xmajjar Achéloos u Pineios ġie approvat, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali applikabbli għall-kostruzzjoni u għall-funzjonament tax-xogħlijiet li jirrigwardaw dan il-proġett.

    39

    L-Artikolu 13(4) tal-Liġi 3481/2006 kien jipprovdi li kien possibbli, skont il-pjan ta’ ġestjoni u l-parametri ambjentali rratifikati fil-paragrafu 3 tal-istess artikolu, li jitqiegħdu fis-servizz jew li tiġi ffinalizzata l-kostruzzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi kif ukoll tal-kumpannija Dimosia Epicheirisi Ilektrismou (DEI), li jirrigwardaw id-devjazzjoni tal-korsa superjuri tal-ilmijiet tax-xmara Achéloos lejn it-Thessalie jew il-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, li kienu s-suġġett ta’ għoti ta’ kuntratti li li kienu kkostruwiti jew qed jiġu kkostruwiti. Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, il-kumpannija kontraenti ġiet ordnata tkompli x-xogħlijiet li hija kienet issospendiet wara s-sentenza li annullat l-għoti tal-kuntratt.

    40

    Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jitolbu l-annullament tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali kollha kemm hu. Ir-rikorsi huma diretti kemm kontra l-Artikolu 13 tal-Liġi Nru 3481/2006 kif ukoll kontra l-atti amministrattivi konnessi. Is-Symvoulio tis Epikrateias tiddikjara li kemm l-atti ta’ approvazzjoni tal-parametri ambjentali kif ukoll l-atti li bis-saħħa tagħhom ix-xogħlijiet li jirrigwardaw dan il-proġett kellhom jitwettqu kienu diġà ġew annullati minn din il-qorti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 3481/2006. Skont il-qorti tar-rinviju, hemm għaldaqstant tentattiv li dawn l-atti jiġu adottati mill-ġdid permezz tal-pjan ta’ ġestjoni msemmi iktar ’il fuq, li kien ġie approvat abbażi tal-Artikolu 9 ta’ din il-liġi. Il-kwistjoni prinċipali li tqajjem il-kawża prinċipali hija dik tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 u 13 tal-imsemmija liġi.

    41

    F’dan il-kuntest, is-Symvoulio tis Epikrateias iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:

    “1)

    L-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60/KE […] jistabbilixxi sempliċi terminu finali — fit-22 ta’ Diċembru 2009 — għat-tħejjija tal-pjanijiet tal-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma jew jistabbilixxi, sa dik id-data, terminu speċjali għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 3, 4, 5, 6, 9, 13 u 15 ta’ din id-direttiva?

    2)

    Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li d-dispożizzjoni msemmija ta’ [din] id-Direttiva 2000/60 tistabbilixxi sempliċi terminu finali għat-tħejjija tal-pjanijiet tal-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma:

    Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-trasferiment minn baċin ta’ xmara partikolari għal baċin ta’ xmara ieħor, mingħajr ma jkunu għadhom tħejjew il-pjanijiet għad-distretti tal-baċin ta’ xmara li fihom jinsabu l-baċini ta’ xmara li minnhom u lejhom ser jiġi ttrasferit l-ilma, hija konformi mal-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 9, 13 u 15 tad-Direttiva 2000/60 fid-dawl tal-fatt li, taħt l-Artikolu 2(15), ta’ din id-direttiva, l-unità prinċipali għall-immaniġġjar ta’ baċin ta’ xmara hija d-distrett tal-baċin ta’ xmara li minnu jkun jagħmel parti?

    3)

    Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv:

    Fid-dawl tal-Artikoli 2, 3, 5, 6, 9, 13 u 15 tad-Direttiva 2000/60, huwa permess it-trasferiment ta’ ilma minn distrett ta’ baċin ta’ xmara lil distretti ta’ baċin ta’ xmara ieħor li jinsab fil-qrib? Jekk ir-risposta tkun fl-affermattiv, l-iskop ta’ dan it-trasferiment jista’ jkun biss dak li jiġu sodisfatti bżonnijiet ta’ provvista ta’ ilma għax-xorb jew dan it-trasferiment jista’ jsir ukoll bl-iskop li jaqdi bżonnijiet ta’ irrigazzjoni u ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku? Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet imsemmija ta’ [din] id-direttiva, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet amministrattivi jkunu ddeċidew, billi jagħtu r-raġunijiet tagħhom abbażi tal-istudju xjentifiku meħtieġ, li d-distrett ta’ baċin ta’ xmara li lejh jiġi ttrasferit l-ilma ma jistax, bir-riżorsi tal-ilma tiegħu biss, jaqdi l-bżonnijiet tiegħu f’termini ta’ provvista ta’ ilma għax-xorb, irrigazzjoni, eċċ?

    4)

    Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tiddeċiedi, fir-rigward tad-ewwel domanda, li l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60 ma jistabbilixxix sempliċi terminu finali — fit-22 ta’ Diċembru 2009 — għat-tħejjija tal-pjanijiet tal-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma iżda jistabbilixxi terminu speċjali għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 3, 4, 5, 6, 9, 13 u 15 ta’ din id-direttiva:

    Leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata f’dan it-terminu speċjali għat-traspożizzjoni u li tippermetti t-trasferiment ta’ ilma minn baċin ta’ xmara partikolari għal baċin ta’ xmara ieħor, mingħajr ma jkunu għadhom tħejjew il-pjanijiet għad-distretti tal-baċin ta’ xmara li fihom jinsabu l-baċini ta’ xmara li minnhom u lejhom ser jiġi ttrasferit l-ilma, tippreġudika fiha nfisha l-effettività tal-imsemmija direttiva? Jew sabiex jiġi evalwat jekk hijiex ippreġudikata l-effettività ta’ din id-direttiva huwa meħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni kriterji bħall-portata tal-interventi previsti u l-iskopijiet tat-trasferiment tal-ilma?

    5)

    Dispożizzjoni nazzjonali, adottata minn parlament nazzjonali u li tapprova pjanijiet tal-immaniġġjar ta’ baċin ta’ xmara mingħajr ma r-regoli nazzjonali rilevanti jipprevedu stadju għall-konsultazzjoni tal-pubbliku fil-proċedura quddiem il-parlament nazzjonali, u mingħajr ma jirriżulta mill-proċess li kienet osservata l-proċedura ta’ konsultazzjoni quddiem l-awtoritajiet amministrattivi prevista mid-Direttiva [2000/60], hija kompatibbli mal-Artikoli 13, 14 u 15 tal-[imsemmija] direttiva, li jikkonċernaw il-proċeduri għall-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku?

    6)

    Fid-dawl tad-Direttiva 85/337/KEE […], EIA — li tikkonċerna l-bini ta’ digi u t-trasferiment ta’ ilma — li tressqet għall-approvazzjoni tal-parlament nazzjonali wara li deċiżjoni ġudizzjarja annullat il-miżura li kienet approvat din l-istima [evalwazzjoni] preċedentement u li fil-konfront tagħha ma kinitx preċedentement osservata l-proċedura ta’ informazzjoni lill-pubbliku, u dan mingħajr ma din il-proċedura kienet osservata sussegwentement, tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 1, 2, 5, 6, 8 u 9 ta’ [din] id-direttiva fir-rigward tal-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku??

    7)

    Pjan biex tiġi ddevjata xmara jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42/KE […] meta dan il-pjan:

    a)

    jikkonċerna l-bini ta’ digi u t-trasferiment ta’ ilma minn distrett ta’ baċin ta’ xmara għal distrett ieħor,

    b)

    jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/60,

    c)

    jikkonċerna xogħlijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 85/337 u

    d)

    jista’ jkollu effetti ambjentali fuq żoni koperti mid-Direttiva 92/43/KEE […]?

    8)

    Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv:

    Fid-dawl tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2001/42, atti li kienu jikkonċernaw il-proġett inkwistjoni u li ġew annullati b’effett retroattiv permezz ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala atti preparatorji formali maħruġa qabel il-21 ta’ Lulju 2004 b’tali mod li ma hemm ebda obbligu li titħejja stima [evalwazzjoni] ambjentali strateġika?

    9)

    Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fin-negattiv:

    Fid-dawl tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42, jekk proġett jaqa’ fl-istess ħin fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u f’dak tad-Direttivi 2000/60 u 85/337, li wkoll jeħtieġu stima [evalwazzjoni] tal-effetti ambjentali ta’ dan il-proġett, l-istimi mħejjija abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2000/60 u 85/337 huma suffiċjenti sabiex ikunu osservati r-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42 jew huwa meħtieġ li titħejja stima [evalwazzjoni] ambjentali strateġika separata??

    10)

    Fid-dawl tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE […], iż-żoni inklużi fil-listi nazzjonali ta’ […] SIK u, eventwalment, inklużi fil-lista Komunitarja ta’ SIK kienu koperti mill-protezzjoni mogħtija mid-Direttiva 92/43/KEE qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li adottat[, skont id-Direttiva 92/43,] il-lista ta’ SIK protetti għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju? [(ĠU L 142 M, 5.6.2007, p. 64)]?

    11)

    Fid-dawl tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-twettiq ta’ proġett għad-devjazzjoni ta’ ilmijiet li ma jkunx marbut direttament ma’ jew ma jkunx meħtieġ għall-konservazzjoni ta’ distrett inkluż f’żona ta’ protezzjoni speċjali meta mill-istudji kollha inklużi fil-fajl marbut ma’ dan il-proġett jirriżulta li ma kien hemm ebda informazzjoni jew li ma kienx hemm data affidabbli u aġġornata fir-rigward tal-għasafar f’dan id-distrett?

    12)

    Fid-dawl tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, raġunijiet marbuta prinċipalment mal-irrigazzjoni u, sussidjarjament, mal-provvista tal-ilma għax-xorb, mogħtija bħala r-raġunijiet għat-twettiq ta’ proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilmijiet, jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku meħtieġa minn din id-direttiva sabiex il-proġett inkwistjoni jkun jista’ jitħalla jitwettaq minkejja l-effetti negattivi tiegħu kollha fuq żoni protetti minn [din tal-aħħar]?

    13)

    Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv:

    Fid-determinazzjoni tal-miżuri kumpensatorji suffiċjenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-koerenza globali ta’ żona Natura 2000 li tkun affettwata b’mod ħażin minn proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilmijiet, fid-dawl tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 92/43, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni kriterji bħalma huma l-portata ta’ din id-devjazzjoni u l-ammont ta’ xogħlijiet li tinvolvi din id-devjazzjoni?

    14)

    Fid-dawl tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, interpretati fid-dawl tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli stabbilit fl-Artikolu 6 KE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-twettiq ta’ proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilmijiet f’żona Natura 2000 li ma jkunx marbut direttament ma’ jew ma jkunx meħtieġ għall-konservazzjoni tal-koerenza ta’ dik iż-żona, meta mill-EIA tal-imsemmi proġett jirriżulta li l-proġett ser jirriżulta fil-konverżjoni ta’ ekosistema tax-xmajjar naturali għal ekosistema tax-xmajjar u tal-lagi artifiċjali?

    Fuq id-domandi preliminari

    Fuq l-ewwel domanda

    42

    Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60 jiffissax biss terminu għat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ maniġġar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara jew jekk jistabbilixxix ukoll terminu speċjali għat-traspożizzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 sa 6, 9, 13 u 15 ta’ din id-direttiva.

    43

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1), l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2003.

    44

    Il-fatt li l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60 jispeċifika li l-pjanijiet ta’ maniġġar tal-baċin tax-xmara jridu jiġu ppubblikati mhux iktar tard minn disa’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, jiġifieri fit-22 ta’ Diċembru 2009, ma jistax iqiegħed inkwistjoni d-data ta’ skadenza prevista fl-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva għat-traspożizzjoni tagħha.

    45

    Fil-fatt, l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60 ma jikkonċernax it-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha, iżda jiffissa biss data ta’ skadenza għall-implementazzjoni ta’ waħda mill-miżuri li l-Istati Membri għandhom jadottaw skont din id-direttiva wara d-data ta’ traspożizzjoni tagħha.

    46

    Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, bl-esklużjoni mil-liġi nazzjonali fis-seħħ mix-xahar ta’ Settembru 2004 tad-definizzjonijiet tal-kunċetti li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60 u tat-termini li fihom l-istandards tal-kwalità tal-ilma li għandhom jiġu osservati, liema termini ġew iffissati mill-Artikoli 4 sa 6 u 8 tal-istess direttiva, l-obbligi li jirriżultaw mill-imsemmi Artikolu 2, moqri flimkien ma’ dawn l-aħħar dispożizzjonijiet ma ġewx implementati bis-saħħa vinkolanti meħtieġa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, C-32/05, Ġabra p. I-11323, punti 16, 17 u 65).

    47

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikoli 13(6) u 24(1) tad-Direttiva 2000/60 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jiffissaw, rispettivament it-22 ta’ Diċembru 2009 bħala d-data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit għall-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara u t-22 ta’ Diċembru 2003 bħala d-data ta’ skadenza tat-terminu massimu li għandhom disponibbli għalihom l-Istati Membri sabiex iwettqu t-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari tal-Artikoli 3 sa 6, 9, 13 u 15 tagħha.

    Fuq it-tieni sar-raba’ domandi

    48

    Permezz tat-tieni sar-raba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju, l-ewwel nett, tistaqsi jekk id-Direttiva 2000/60 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tawtorizza, qabel it-22 ta’ Diċembru 2009, it-trasferiment ta’ ilma minn baċin tax-xmara lejn ieħor jew minn distrett ta’ baċin tax-xmara lejn ieħor meta l-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara kkonċernati jkunu għadhom ma ġewx adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fil-każ ta’ risposta negattiva, hija tistaqsi sussegwentement jekk tali trasferiment jistax iseħħ biss għall-finijiet ta’ provvista ta’ ilma għax-xorb jew ukoll għall-skopijiet ta’ irrigazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ enerġija. Fl-aħħar nett, hija tistaqsi jekk il-kompatibbiltà ta’ tali trasferiment ma’ din id-direttiva hijiex suġġetta għall-fatt li ma huwiex possibbli għall-baċin tax-xmara jew għad-distrett ta’ baċin tax-xmara li jissodisfa permezz tar-riżorsi tal-ilma tiegħu stess il-ħtiġiet tal-provvista ta’ ilma għax-xorb, ta’ produzzjoni ta’ elettriċità jew ta’ irrigazzjoni.

    49

    F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn jirrigwarda t-trasferiment ta’ ilma ta’ baċin tax-xmara lejn ieħor jew ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara lejn ieħor, jista’, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 66 u 67 tal-konklużjonijiet tagħha, ikun inkompatibbli mal-għanijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60.

    50

    Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie adottat mil-leġiżlatur Grieg fit-2 ta’ Awwissu 2006.

    51

    Rigward jekk l-Istat Membru kkonċernat kienx diġà marbut li josserva l-għanijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60 mill-mument tal-adozzjoni tal-imsemmi proġett, għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni tipprovdi li, għal dak li jikkonċerna l-ilmijiet tal-wiċċ u l-ilmijiet ta’ taħt l-art, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri ta’ konservazzjoni xierqa sabiex irendu operazzjonali l-programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjan ta’ maniġġar tad-distrett ta’ baċin tax-xmara.

    52

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60 jistabbilixxi rabta bejn il-miżuri ta’ konservazzjoni rilevanti li l-Istati Membri għandhom jadottaw skont l-imsemmija dispożizzjoni u l-eżistenza preċedenti ta’ pjan ta’ maniġġar għad-distrett ta’ baċin tax-xmara kkonċernat.

    53

    Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/60 ma tipprojbixxix a priori t-trasferiment tal-ilma minn baċin tax-xmara lejn ieħor qabel il-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara kkonċernati, li għandhom madankollu jsiru, skont l-Artikolu 13(6) tal-imsemmija direttiva, mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2009.

    54

    Huwa paċifiku li, fil-mument tal-adozzjoni tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara li jirrigwardaw il-baċini tax-xmara kkonċernati mill-imsemmi proġett ma kienx jeżisti (ara s-sentenza tad-19 ta’ April 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-297/11, punt 17).

    55

    Għalhekk, fid-data li fiha l-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien ġie adottat, ir-Repubblika Ellenika ma kinitx marbuta li kellha tħejji l-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara kkonċernati minn dan il-proġett. Fil-fatt, għalkemm it-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/60, kif iffissat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tagħha, kien skada, it-terminu previst fl-Artikolu 13(6) a’ din l-istess direttiva għall-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta’ maniġġar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara kien għadu ma wasalx għat-tmiem tiegħu.

    56

    Għaldaqstant, il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif adottat mil-leġiżlatur Grieg fit-2 ta’ Awwissu 2006, meta ma jkunux preċedentement tħejjew il-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara li jirrigwardaw il-baċini tax-xmara kkonċernati minn dan il-proġett, ma kienx jaqa’ taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60.

    57

    Madankollu, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva, l-Istati Membri destinatarji tagħha ma għandhomx jadottaw dispożizzjonijiet li serjament jikkompromettu l-kisba tar-riżultat li jrid jintlaħaq minn din id-direttiva. Peress li dan l-obbligu ta’ astensjoni huwa impost fuq l-awtoritajiet nazzjonali kollha huwa għandu jinftiehem bħala li jirreferi għall-adozzjoni ta’ kull miżura, ġenerali u speċifika, li tista’ tipproduċi tali effett negattiv (ara s-sentenzi tat-18 ta’ Diċembru 1997, Inter-Environnement Wallonie, C-129/96, Ġabra p. I-7411, punt 45, kif ukoll tas-26 ta’ Mejju 2011, Stichting Natuur en Milieu et, C-165/09 sa C-167/09, Ġabra p. I-4599, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    58

    Dan l-obbligu ta’ astensjoni huwa impost fuq l-Istati Membri, skont l-Artikolu tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 KE u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE flimkien, anki matul perijodu tranżitorju li matulu huma awtorizzati jkomplu japplikaw is-sistemi nazzjonali tagħhom, għalkemm ma jkunux konformi mad-direttiva inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Stichting Natuur en Milieu et., iċċitata iktar ’il fuq, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    59

    Dan japplika wkoll meta direttiva bħad-Direttiva 200/60 tistabbilixxi perijodu tranżitorju li matulu l-Istati Membri ma humiex marbuta li jadottaw il-miżuri kollha preskritti mid-direttiva.

    60

    Għaldaqstant, anki qabel it-22 ta’ Diċembru 2009, data ta’ skadenza tat-terminu imposta, skont l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60, fuq l-Istati Membri għall-pubblikazzjoni ta’ pjanijiet ta’ maniġġar ta’ distretti ta’ baċin tax-xmara, l-Istati Membri kellhom jastjenu milli jadottaw dispożizzjonijiet li serjament jikkompromettu l-kisba tar-riżultat stabbilit mill-Artikolu 4 din id-direttiva.

    61

    B’mod partikolari, fir-rigward tal-għanijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-paragrafu 1(a)(ii) a’ dan l-artikolu, l-Istati Membri “jridu jipproteġu, jenfazizzaw u jsaħħu l-korpi kollha ta’ l-ilma tal-wiċċ, […] bil-ħsieb li jinkiseb stat tajjeb ta’ l-ilma tal-wiċċ mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, bi qbil mad-disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ estensjonijiet determinati skond paragrafu 4 u għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 5, 6 u 7 mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8”.

    62

    Il-kisba ta’ tali għan ma tistax, taħt ċerti riżervi, tiġi kompromessa minn miżura nazzjonali, anki meta din kienet ġiet adottata qabel it-22 ta’ Diċembru 2009.

    63

    Fin-nuqqas, fil-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ kull fattur li jikkaratterizza s-sitwazzjonijiet prevista fl-Artikolu 4(4) sa (6) tad-Direttiva 2000/60, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(7) ta’ din id-direttiva, li:

    ”[l]-Istati Membri ma’ jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta:

    nuqqas li jinkiseb stat tajjeb ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, stat ekoloġiku tajjeb […] jew għal prevenzjoni minn deterjorament fl-istat ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ huwa r-riżultat ta’ modifikazzjonijiet ġodda għall-karatteristiċi fiżiċi tal-korp ta’ l-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet sal-livell ta’ korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art, jew

    nuqqas ta’ prevenzjoni ta’ deterjorazzjoni minn stat għoli għal stat tajjeb ta’ l-ilma tal-wiċċ huwa r-riżultat ta’ attivitajiet sostenibbli ġodda ta’ żvilupp uman

    u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu milħuqa:

    a)

    il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jitnaqqsu l-impatti kuntrarji fuq l-istat tal-korp ta’ l-ilma;

    b)

    ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan ta’ maniġġar tal-baċin ta’ l-ilma meħtieġ skond l-Artikolu 13 u l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin;

    ċ)

    ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma ta’ interess pubbliku suprem u/jew il-benefiċċji għall-ambjent u għas-soċjeta mill-kisba ta’ l-għanijiet stabbilti f’paragrafu 1 huma anqas importanti mill-benefiċċji ta’ modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet għas-saħħa tal-bniedem, għal manteniment tas-sigurtà tal-bniedem jew għal żvilupp sostenibbli, u

    d)

    l-għanijiet ta’ benefiċċju moqdija minn dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet tal-korp ta’ l-ilma ma’ jistgħux, għar-raġunijiet ta’ fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, jkunu miksuba b’modi oħra, li huma għażla aħjar ta’ l-ambjent.”

    64

    Filwaqt li huwa minnu li, kif ġie kkonstatat fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, l-imsemmi paragrafu 7 ma japplikax, bħala tali, għal proġett ta’ xogħlijiet adottat fit-2 ta’ Awwissu 2006 meta ma jkunux preċedentement tħejjew il-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara li jirrigwardaw il-baċini tax-xmara kkonċernati mill-proġett, dan ma jistax jiġi suġġett għal kundizzjonijiet iktar riġidi minn fil-każ li huwa kien ġie adottat wara li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 kien sar applikabbli għalih.

    65

    Fir-rigward ta’ tali proġett, il-kriterji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60 jistgħu, essenzjalment, jiġu applikati b’analoġija u, skont il-każ, mutatis mutandis, bħala restrizzjonijiet massimi fuq il-proġett.

    66

    Kif indikat fil-premessa 15 tal-imsemmija direttiva, il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi servizz ta’ interess ġenerali. Rigward il-produzzjoni ta’ elettriċità u l-irrigazzjoni, mill-Artikolu 4(3)(a)(iii) tal-istess direttiva jirriżulta li huma jissodisfaw ukoll, bħala regola ġenerali, interess ġenerali.

    67

    Konsegwentement, proġett bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jaqax taħt l-Arikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 u li seta’ jwassal għal effetti negattivi għall-ilma bħala dawk imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu, seta’ jiġi awtorizzat, tal-inqas jekk:

    il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jitnaqqsu l-impatti kuntrarji fuq l-istat tal-korp tal-ilma;

    ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan ta’ maniġġar tal-baċin tal-ilma meħtieġ skont l-Artikolu 13 u l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin;

    ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma ta’ interess pubbliku suprem u/jew il-benefiċċji għall-ambjent u għas-soċjetà mill-kisba tal-għanijiet stabbilti f’paragrafu 1 huma anqas importanti mill-benefiċċji ta’ modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet għas-saħħa tal-bniedem, għal manteniment tas-sigurtà tal-bniedem jew għal żvilupp sostenibbli;

    l-għanijiet ta’ benefiċċju moqdija minn dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet tal-korp tal-ilma ma jistgħux, għar-raġunijiet ta’ fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, jkunu miksuba b’modi oħra, li huma għażla aħjar tal-ambjent.

    68

    Għalkemm il-fatt li ma huwiex possibbli għall-baċin tax-xmara jew għad-distrett ta’ baċin tax-xmara li jissodisfa permezz tar-riżorsi tal-ilma tiegħu stess il-ħtiġiet tal-provvista ta’ ilma għax-xorb, ta’ produzzjoni ta’ elettriċità jew ta’ irrigazzjoni jista’ fil-fatt jiġġustifika, fir-rigward tad-Direttiva 2006/60, trasferiment ta’ ilma bħal dak tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex il-każ li dan it-trasferiment ma jistax jiġi ġġustifikat minħabba tali impossibbiltà. Fil-fatt, ma jistax jiġi eskluż li, anki fin-nuqqas ta’ din l-impossibbiltà, dan it-trasferiment ta’ ilma jista’ jitqies bħala li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti u, b’mod partikolari, min-naħa, il-kundizzjoni li tipprovdi li jissodisfa interess ġenerali u/jew il-benefiċċji għall-ambjent u għas-soċjetà li huma marbuta mal-kisba ta’ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva huma inqas mill-benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem, iż-żamma tas-sigurtà għall-persuni jew l-iżvilupp sostenibbli li jirriżulta mit-trasferiment ta’ ilma, ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ spejjeż sproporzjonati, jintlaħqu permezz ta’ mezzi oħrajn li jikkostitwixxu għażla ambjentali sinjifikatament aħjar.

    69

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni sar-raba’ domandi għandha tkun li d-Direttiva 2000/60 għandha tiġi interpretata fis-sens li:

    hija ma tipprekludix, fil-prinċipju, dispożizzjoni nazzjonali li tawtorizza, qabel it-22 ta’ Diċembru 2009, it-trasferiment ta’ ilma minn baċin tax-xmara lejn ieħor jew minn distrett ta’ baċin tax-xmara lejn ieħor meta l-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara kkonċernati jkunu għadhom ma ġewx adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

    tali trasferiment ma għandux ikun ta’ natura li serjament jikkomprometti l-kisba tal-għanijiet stabbiliti minn din id-direttiva;

    madankollu, l-imsemmi trasferiment, sa fejn jista’ jwassal għal effetti negattivi għall-ilma bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 4(7) tal-istess direttiva, jista’ jiġi awtorizzat, tal-inqas, jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) ta’ din l-istess dispożizzjoni huma sodisfatti; u

    il-fatt li ma huwiex possibbli għall-baċin tax-xmara jew għad-distrett ta’ baċin tax-xmara li jirċievi sabiex jissodisfa permezz tar-riżorsi tal-ilma tiegħu stess il-ħtiġiet ta’ ilma għax-xorb, ta’ produzzjoni ta’ elettriċità jew ta’ irrigazzjoni ma huwiex kundizzjoni indispensabbli sabiex tali trasferiment ta’ ilma jkun kompatibbli mal-imsemmija direttiva peress li l-kundizzjonijiet preċedentement imsemmija huma sodisfatti.

    Fuq il-ħames domanda

    70

    Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikoli 13 sa 15 tad-Direttiva 2000/60 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-approvazzjoni minn parlament nazzjonali ta’ pjanijiet ta’ maniġġar ta’ baċini tax-xmara, bħala dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta ebda proċedura ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni jew ta’ parteċipazzjoni ma tkun ġiet implementata.

    71

    Għandu jiġi rrilevat li peress l-Artikoli 13 u 15 tad-Direttiva 2000/60 ma jistabbilixxu ebda obbligu li jirrigwarda l-informazzjoni jew il-parteċipazzjoni tal-pubbliku waqt t-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ maniġġar ta’ baċin tax-xmara, din id-domanda għandha tiġi eżaminata biss fid-dawl tal-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, li jipprovdi tali obbligi.

    72

    F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/60 jipprovdi li “[l]-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-involviment attiv tal-partijiet kollha interessati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment fil-produzzjoni, reviżjoni u aġġornament tal-pjanijiet ta’ maniġġar tal-baċin tax-xmara. Stati Membri jridu jiżguraw li, għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, [ikun ippubblikat] u jagħmlu disponibbli għal kummenti lill-pubbliku, inklużi utenti […] kopji ta’ abbozz tal-pjan ta’ maniġġar tal-baċin tax-xmara, għall-inqas sena qabel il-bidu tal-perjodu riferut fil-pjan.”

    73

    Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat fil-punt 17 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) sa (3) u (6) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/60, inkwantu ma ħejjitx, għat-22 ta’ Diċembru 2009, il-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara, kemm għad-distretti ta’ baċin tax-xmara li jinsabu kompletament fuq it-territorju nazzjonali tagħha kif ukoll għad-distretti ta’ baċin tax-xmara internazzjonali. Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ir-Repubblika Ellenika ma sostnietx li, sal-imsemmija data, ħejjiet pjan ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara fis-sens tal-istess direttiva. B’mod partikolari, hija ma semmietx il-liġi inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    74

    Għaldaqstant, il-pjanijiet ta’ maniġġar tal-baċini tax-xmara, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, adottati fit-2 ta’ Awwissu 2006, ma jistgħux jitqiesu bħala pjanijiet ta’ maniġġar li jaqgħu taħt l-Artikoli 13 sa 15 tad-Direttiva 2000/60. L-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 14(1) tagħha ma japplikax għaldaqstant għal tali pjanijiet.

    75

    Konsegwentement, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li l-fatt li parlament nazzjonali japprova pjanijiet ta’ maniġġar ta’ baċini tax-xmara, bħala dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta ebda proċedura ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni jew ta’ parteċipazzjoni ma tkun ġiet implementata, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/60, u b’mod partikolari tal-Artikolu 14(1) tagħha.

    Fuq is-sitt domanda

    76

    Permezz tas-sitt domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 85/337 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi bħal dik tal-Liġi 3481/2006, adottata mill-parlament Grieg fit-2 ta’ Awwissu 2006, li tapprova proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, abbażi ta’ SEA ta’ dan il-proġett li kien serva bħala bażi ta’ deċiżjoni amministrattiva adottata wara proċedura konformi mal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku previsti minn din id-direttiva, u dan għalkemm din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz ta’ rimedju ġudizzjarju.

    77

    Għandu jitfakkar li l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337 jipprovdi li din tal-aħħar “m’għandhiex tapplika għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b’att speċifiku ta’ leġislazzjoni nazzjonali, ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż dak ta’ forniment ta’ informazzjoni, jinkisbu permezz ta’ proċess leġislattiv”.

    78

    Minn din l-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li, meta l-għanijiet tad-Direttiva 85/337 jintlaħqu permezz ta’ proċedura leġiżlattiva, inkluż dak tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni, din id-direttiva ma tapplikax għal proġett ikkonċernat (ara s-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Linster, C-287/98, Ġabra p. I-6917, punt 51; tat-18 ta’ Ottubru 2011, Boxus et, C-128/09 sa C-131/09, C-134/09 u C-135/09, Ġabra, p. I-9711, punt 36, kif ukoll tas-16 ta’ Frar 2012, Solvay et, C-182/10, punt 30).

    79

    Din id-dispożizzjoni tissuġġetta għal żewġ kundizzjonijiet l-esklużjoni ta’ proġett mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/337. L-ewwel kundizzjoni teżiġi li l-proġett jiġi adottat fid-dettall permezz ta’ att leġiżlattiv speċifiku. Skont it-tieni kundizzjoni, l-għanijiet tad-direttiva, inkluż dak tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni, għandhom jintlaħqu permezz ta’ proċedura leġiżlattiva (ara s-sentenza tas-16 ta’ Settembru 1999, WWF et, C-435/97, Ġabra p. I-5613, punt 57, Boxus et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37, kif ukoll Solvay et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).

    80

    Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, hija timplika qabel xejn li l-proġett jiġi adottat b’att leġiżlattiv speċifiku. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċetti ta’ “proġett” u ta’ “kunsens għal żvilupp” huma ddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/337. Għalhekk, att leġiżlattiv li jadotta proġett għandu, sabiex jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) ta’ din id-direttiva, ikun speċifiku u jkollu l-istess karatteristiċi bħal tali awtorizzazzjoni. Huwa għandu, b’mod partikolari, jagħti l-possibbiltà lill-iżviluppatur id-dritt li jwettaq il-proġett (ara s-sentenzi ċċitatati iktar ’il fuq, WWF et, punt 58, Boxus et, punt 38, kif ukoll Solvay et, punt 32).

    81

    Barra minn hekk, il-proġett għandu jiġi adottat fid-dettall, jiġifieri b’mod suffiċjentement preċiż u definittiv, b’mod li l-att leġiżlattiv li jadottah għandu jinkludi, bħall-awtorizzazzjoni, wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur, l-elementi kollha rilevanti tal-proġett fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, WWF et, punt 59, Boxus et, punt 39, kif ukoll Solvay et, punt 33). Għalhekk, l-att leġiżlattiv għandu juri li l-għanijiet tad-Direttiva 85/337 ntlaħqu fir-rigward tal-proġett ikkonċernat (ara s-sentenzi ċċitatati iktar ’il fuq Linster, punt 56; Boxus et, punt 39, kif ukoll Solvay et, punt 33).

    82

    Minn dan jirriżulta li att leġiżlattiv ma jistax jiġi kkunsidrat li ġie adottat fid-dettall, fis-sens tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337, meta ma jinkludix l-elementi neċessarji għall-evalwazzjoni tal-effetti ta’ dan il-proġett fuq l-ambjent jew meta jeħtieġ l-adozzjoni ta’ atti oħra sabiex jagħti lill-iżviluppatur id-dritt li jwettaq il-proġett (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq WWF et, punt 62; Linster, punt 57; Boxus et, punt 40, kif ukoll Solvay et, punt 34).

    83

    Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 85/337 jirriżulta li l-għan essenzjali ta’ din tal-aħħar huwa li jiġi ggarantit li l-proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikanti fuq l-ambjent, b’mod partikolari minħabba n-natura tagħhom, id-daqs jew il-lok tagħhom, għandhom, qabel l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, jiġu suġġetti għal evalwazzjoni fir-rigward tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq WWF et, punt 52; Boxus et, punt 41, kif ukoll Solvay et, punt 35).

    84

    Barra minn hekk, is-sitt premessa tad-Direttiva 85/337 tippreċiża li l-evalwazzjoni għandha ssir abbażi tal-informazzjoni xierqa mogħtija mill-iżviluppatur, u possibbilment kompletata mill-awtoritajiet u mill-pubbliku li jistgħu jkunu kkonċernati mill-proġett (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq WWF et, punt 61, ukoll Linster, punt 53; Boxus et, punt 42, kif ukoll Solvay et, punt 36).

    85

    Sussegwentement, il-leġiżlatur għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, fil-mument tal-adozzjoni tal-proġett, informazzjoni suffiċjenti. Mill-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 85/337 u mill-Anness IV tagħha jirriżulta li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-iżviluppatur għandha tinkludi minn tal-inqas deskrizzjoni tal-proġett li tinkludi informazzjoni dwar is-sit, id-disinn u d-daqs tiegħu, deskrizzjoni tal-miżuri maħsuba sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu l-effetti negattivi sinjifikanti u, jekk huwa possibbli, li jiġu rrimedjati, kif ukoll l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġu identifikati u evalwati l-effetti prinċipali li l-proġett jista’ jkollu fuq l-ambjent (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Boxus et, punt 43 kif ukoll Solvay et, punt 37).

    86

    Xejn ma jipprekludi li l-leġiżlatur nazzjonali jista’, waqt l-adozzjoni ta’ proġett, jibbenefika minn informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva preċedenti kif ukoll tal-SEA mwettaq f’dan il-kuntest, sa fejn din tal-aħħar tibbaża fuq informazzjoni u tagħrif li huma aġġornati, fil-fatt, l-SEA, li għandu jitwettaq qabel il-proċess deċiżjonali, jinvolvi eżami fil-fond tal-informazzjoni miġbura kif ukoll riflessjoni fuq l-opportunità li jiġu ssupplimentati, skont il-każ, permezz ta’ data supplimentari (ara s-sentenza tat-3 ta’ Marzu 2011, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-50/09, Ġabra p. I-873, punt 40).

    87

    F’dan ir-rigwad, il-fatt li l-SEA twettaq fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni li finalment kienet ġiet annullata permezz ta’ rimedju ġudizzjarju huwa, bħala tali, mingħajr rilevanza.

    88

    Madankollu, att leġiżlattiv li sempliċement “jirratifika” att amministrattiv li jeżisti diġà, billi jillimita ruħu li jesponi biss ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali mingħajr ma jagħti bidu, minn qabel, għal proċedura leġiżlattiva fil-fond li tippermetti li jiġu osservati l-imsemmija kundizzjonijiet, imfakkra fil-punt 79 ta’ din is-sentenza, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala att leġiżlattiv speċifiku fis-sens tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/3337 u għalhekk ma huwiex biżżejjed sabiex jeskludi proġett mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/337 (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Boxus et, punt 45, kif ukoll Solvay et, punt 39).

    89

    B’mod partikolari, att leġiżlattiv adottat mingħajr ma l-membri tal-korp leġiżlattiv ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni msemmija fil-punt 85 tas-sentenza preżenti, ma jistax jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337 (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Boxus et, punt 46, kif ukoll Solvay et, punt 40).

    90

    Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk dawn il-kundizzjonijiet ġewx osservati. Għal dan il-għan, hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni kemm il-kontenut tal-att leġiżlattiv adottat kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva kollha li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u b’mod partikolari, l-atti preparatorji u d-dibattiti Parlamentari (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Boxus et, punt 47, kif ukoll Solvay et, punt 41).

    91

    Għaldaqstant, ir-risposta għas-sitt domanda għandha tkun li d-Direttiva 85/337, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(5) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix liġi bħal-Liġi 3481/2006, adottat mill-parlament Grieg fit-2 ta’ Awwissu 2006, li tapprova proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, abbażi ta’ SEA ta’ dan il-proġett li kien serva bħala bażi ta’ deċiżjoni amministrattiva adottata wara proċedura konformi mal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku previsti minn din id-direttiva, u dan għalkemm din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz ta’ rimedju ġudizzjarju, sakemm l-imsemmija liġi tikkostitwixxi att leġiżlattiv speċifiku, b’tali mod li l-għanijiet ta’ din id-direttiva jistgħu jintlaħqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ġew osservati.

    Fuq is-seba’ domanda

    92

    Permezz tas-seba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandux jiġi kkunsidrat bħala pjan jew programm li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42.

    93

    F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, sabiex jiġi stabbilit jekk proġett jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42, għandu jiġi eżaminat jekk dan il-proġett huwiex pjan jew programm fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva.

    94

    Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/52, ma humiex ikkunsidrati bħala “pjanijiet jew programmi” fis-sens tagħha ħlief il-pjanijiet u l-pjanijiet li huma meħtieġa permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi.

    95

    Ma jidhirx li l-imsemmi proġett jikkostitwixxi att li jiddefinixxi l-kriterji u l-modalitajiet għall-iżvilupp tat-territorju u li jistabbilixxi regoli u proċeduri ta’ kontroll li hija suġġetta għalihom l-implementazzjoni ta’ wieħed jew iktar proġetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, Inter-Environnement Bruxelles et, C-567/10, punt 30).

    96

    Konsegwentement, ir-risposta għas-seba’ domanda għandha tkun li proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandux jitqies bħala pjan jew programm li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42.

    Fuq it-tmien u d-disa’ domandi

    97

    Fid-dawl tar-risposta mogħtija għas-seba’ domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tmien u d-disa’ domandi.

    Fuq l-għaxar domanda

    98

    Permezz tad-disa’ domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk iż-żoni inklużi fil-lista nazzjonali ta’ SIK, mibgħuta lill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/42, u wara inklużi fil-lista tas-SIK adottata bid-Deċiżjoni 2006/13, kinux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta’ din id-direttiva qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/613.

    99

    Għandu jiġi enfasizzat li d-Deċiżjoni 2006/613, li permezz tagħha l-Kummissjoni adottat il-lista tas-SIK għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju, daħlet fis-seħħ, skont l-Artikolu 254(3) KE, bin-notifika tagħha lill-Istati Membri.

    100

    Kif indikat il-Kummissjoni mingħajr ma kienet kontradetta, din id-deċiżjoni kienet fil-fatt ġiet innotifikata lir-Repubblika Ellenika fid-19 ta’ Lulju 2006, jiġifieri qabel l-adozzjoni, fit-2 ta’ Awwissu 2006, tal-Liġi 3481/2006 li tapprova l-proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet tax-xmara Achéloos.

    101

    F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 92/43, il-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 6(2) sa (4) ta’ din d-direttiva huma neċessarji biss meta jikkonċernaw siti li, skont it-tielet inċiż tal-istess Artikolu 4(2), huma elenkati fuq il-lista ta’ siti magħżula bħala SIK adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 21 ta’ din id-direttiva (ara, is-sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Dragaggi et, C-117/03, Ġabra p. I-167, punt 25).

    102

    Minn dan isegwi li, wara n-notifika tad-Deċiżjoni 2006/613 lill-Istat Membru kkonċernat, dan għandu l-obbligu li jieħu l-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43.

    103

    Din il-konklużjoni ma titqiegħedx inkwistjoni mill-fatt li, wara l-annullament, fl-2005, tad-deċiżjonijiet amministrattivi li jawtorizzaw il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fil-Liġi 3481/2006 u li jawtorizzaw dan il-proġett ġew sottomessi lill-parlament Grieg taħt il-forma ta’ emenda fis-6 ta’ Lulju 2006, filwaqt li d-Deċiżjoni 2006/613 ġiet innotifikata lill-Istat Membru kkonċernat fid-19 ta’ Lulju ta’ wara. Fil-fatt, f’tali każ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43 tikkonċerna, fi kwalunkwe każ, sitwazzjoni li ma setgħatx titqies bħala diġà kompleta.

    104

    Fid-dawl ta’ dan, għandu, fi kwalunkwe każ, jitfakkar li, anki wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2006/613, l-Istati Membri għandhom jipproteġu s-siti mill-mument li jipproponuhom, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43, fil-lista nazzjonali mibgħuta lill-Kummissjoni bħala siti eliġibbli biex jiġu identifikati bħala SIK (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Dragaggi et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26). Fil-fatt, l-Istati Membri għandhom, skont din id-direttiva, l-obbligu li jieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni li huma xierqa, fid-dawl tal-għan ta’ konservazzjoni msemmi minnha, sabiex jitħares l-interess ekoloġiku rilevanti li dawn is-siti għandhom fil-livell nazzjonali (ara s-sentenza Dragaggi et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30) u ma jistgħux, għaldaqstant, jawtorizzaw interventi li jistgħu joħolqu riskju li jikkomprometti serjament il-karatteristiċi ekoloġiċi tal-imsemmija siti, bħala, b’mod partikolari, interventi li joħolqu riskju li titnaqqas b’mod sinjifikattiv is-superfiċji ta’ sit, jew li jwassal għad-disparizzjoni ta’ speċi prijoritarji ppreżentati fuq dan is-sit, jew, fl-aħħar nett, li jkollu bħala eżitu d-distruzzjoni tal-imsemmi sit jew il-qerda tal-karatteristiċi rappreżentattivi tiegħu (ara, is-sentenzi tal-14 ta’ Settembru 2006, Bund Naturschutz in Bayern et, C-244/05, Ġabra p. I-8445, punt 6, kif ukoll tal-15 ta’ Marzu 2012, Il-Kummissjoni vs Ċipru, C-340/10, punt 44)).

    105

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ir-risposta għall-għaxar domanda għandha tkun li ż-żoni inklużi fil-lista nazzjonali ta’ SIK, mibgħuta lill-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/42, u wara inklużi fil-lista tas-SIK adottata bid-Deċiżjoni 2006/13, kienu jibbenefikaw, wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri kkonċernati, mill-protezzjoni ta’ din id-direttiva qabel il-pubblikazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni 2006/613. B’mod partikolari, wara din in-notifika, l-Istat Membru kkonċernat kellu wkoll jieħu l-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 6(2) sa (4) ta’ din id-direttiva.

    Permezz tal-ħdax-il domanda

    106

    Permezz tal-ħdax-il domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 92/42 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilma li ma jkunx marbut direttament ma’ jew ma jkunx meħtieġ għall-konservazzjoni ta’ ŻPS, iżda jista’ jaffettwaha b’mod sinjifikattiv, meta ma jkun hemm ebda informazzjoni jew ma jkunx hemm data affidabbli u aġġornata fir-rigward tal-għasafar f’din iż-żona.

    107

    Għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 79/409 jobbliga lill-Istati Membri jikklassifikaw bħala ŻSP it-territorji li jissodisfaw il-kriterji ornitoloġiċi stabbiliti minn dawn id-dispożizzjonijiet (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2007, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-418/04, Ġabra p. I-10947, punt 36).

    108

    Mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 92/43 jirriżulta li l-Artikolu 6(2) sa (4) jissostitwixxi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 79/409 mid-data tal-implementazzjoni tad-Direttiva92/43 jew mid-data tal-klassifikazzjoni minn Stat Membru skont id-Direttiva 79/409, jekk id-data tal-aħħar tiġi iktar tard (ara s-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2007, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 173, u tal-24 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja, C-404/09, Ġabra p. I-11853, punt 97).

    109

    Mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-osservazzjonijiet orali tal-Kummissjoni jirriżulta li ż-ŻPS ikkonċernati mill-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu diġà ġew ikklassifikati qabel l-adozzjoni tal-Liġi 3481/2006. Konsegwentement, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43 kienu applikabbli għaż-ŻPS fid-data ta’ approvazzjoni tal-imsemmi proġett.

    110

    F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jipprovdi proċedura ta’ evalwazzjoni intiża sabiex tiggarantixxi, permezz ta’ kontroll minn qabel, li pjan jew proġett li ma huwiex direttament marbut ma’ jew meħtieġ għall-imaniġġar tas-sit ikkonċernat, iżda li jista’ jaffettwa lil dan tal-aħħar b’mod sinjifikattiv, ikun awtorizzat biss sakemm ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit (ara s-sentenzi tas-7 ta’ Settembru 2004, Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, C-127/02, Ġabra p. I-7405, punt 34, iktar ’il quddiem is-“sentenza Waddenzee”, kif ukoll tal-20 ta’ Settembru 2007, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-304/05, Ġabra p. I-7495, punt 56).

    111

    Fir-rigward tal-kunċett ta’ “evalwazzjoni xierqa” skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, jeħtieġ li jingħad li din tal-aħħar ma tiddefinixxi l-ebda metodu partikolari għall-implementazzjoni ta’ tali evalwazzjoni bħal din (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).

    112

    Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din l-evalwazzjoni għandha tiġi organizzata b’tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu ċerti li pjan jew proġett ma għandux effetti li jagħmlu ħsara lill-integrità tas-sit ikkonċernat, peress li, meta jkun hemm inċertezza fir-rigward tan-nuqqas ta’ tali effeti, l-imsemmija awtoritajiet huma marbuta jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni mitluba (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).

    113

    Fir-rigward tal-elementi li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jakkwistaw iċ-ċertezza neċessarja, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li għandu jkun eskluż li dubju raġonevoli jeżisti minn perspettiva xjentifika, peress li l-imsemmija awtoritajiet għandhom jibbażaw ruħhom fuq l-aħjar konoxxenza xjentifika fil-qasam (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, punti 59 u 61, kif ukoll Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 59).

    114

    Barra minn hekk, l-għarfien tal-effett ta’ pjan jew ta’ proġett fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit inkwistjoni jikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel indispensabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) għaliex, fin-nuqqas ta’ dawn l-elementi, ebda kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni derogatorja ma tista’ tiġi evalwata. L-eżami ta’ eventwali raġunijiet obbligatorji ta’ interess pubbliku maġġuri u dak tal-eżistenza ta’ alternattivi inqas dannużi fil-fatt jeħtieġ ibbilanċar fir-rigward tad-danni kkawżati lis-sit mill-pjan jew mill-proġett ikkunsidrati. Minbarra dan, sabiex jiġi determinat it-tip ta’ miżuri eventwali ta’ kumpens, id-danni għall-imsemmi sit għandhom jiġu identifikati bi preċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 83, kif ukoll Solvay et, punt 74).

    115

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ma jistax jitqies li evalwazzjoni hija xierqa meta, meta tkun nieqsa informazzjoni jew ma jkunx hemm data affidabbli u aġġornata fir-rigward tal-għasafar taż-ŻPS ikkonċernata.

    116

    Fid-dawl ta’ dan, sa fejn l-awtorizzazzjoni ta’ proġett hija annullata jew ikkanċellata minħabba n-natura mhux xierqa tal-imsemmija evalwazzjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħmlu a posteriori ġabra ta’ data affidabbli u aġġornata li tikkonċerna l-għasafar taż-ŻPS ikkonċernata u li huwa evalwaw, abbażi ta’ din id-data u ta’ evalwazzjoni kkompletata b’dan il-mod, jekk il-proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilma jaffettwa ħażin l-integrita ta’ dan iż-ŻPS u, skont il-każ, liema miżura kumpensatorji għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li t-twettiq tal-proġett ma jqegħedx inkwisjtoni l-protezzjoni tal-koerenza globali ta’ Natura 2000.

    117

    Għaldaqstant, ir-risposta għall-ħdax-il domanda għandha tkun li d-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tagħha, għandha tiġi interpretata li tipprekludi proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilma li ma jkunx marbut direttament ma’ jew ma jkunx meħtieġ għall-konservazzjoni ta’ ŻPS, iżda jista’ jaffettwaha b’mod sinjifikattiv, meta ma jkun hemm ebda informazzjoni jew ma jkunx hemm data affidabbli u aġġornata fir-rigward tal-għasafar f’din iż-żona.

    Fuq it-tnax-il domanda

    118

    Permezz tat-tnax-il domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 92/43 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li raġunijiet marbuta, minn naħa, mal-irrigazzjoni u, min-naħa l-oħra, mal-provvista tal-ilma għax-xorb, invokati insostenn ta’ proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilmijiet, jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku maġġuri ta’ natura li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-siti kkonċernati.

    119

    L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43 jipprovdi li, fl-ipoteżi fejn, minkejja l-konklużjonijiet negattivi tal-evalwazzjoni mwettqa skont l-ewwel sentenza tal-istess artikolu, pjan jew proġett għandu jitwettaq xorta waħda għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku maġġuri, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, u fejn ma tkun teżisti ebda soluzzjoni alternattiva, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kumpensatorji kollha meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000 (ara s-sentenzi ċċitatati iktar ’il fuq Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 81, kif ukoll Solvay et, punt 72).

    120

    Kif jirriżulta mill-punti 100, 101, 107 u 108 ta’ din is-sentenza, tali dispożizzjoni tapplika kemm għaż-ŻPS kif ukoll għas-SIK fil-lista adottata mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43.

    121

    L-interess ta’ natura li jiġġustifika, fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, it-twettiq ta’ pjan jew ta’ proġett għandu jkun kemm “pubbliku” kif ukoll “li jieħu preċedenza”, li jfisser li dan l-interess ikun ta’ importanza tali li jkun jista’ jibbilanċja l-għan ta’ konservazzjoni tal-habitat naturali, tal-fawna u tal-flora selvaġġa maħsub minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Solvay et, punt 75).

    122

    L-irrigazzjoni u l-provvista tal-ilma għax-xorb jissodisfaw, bħala regola ġenerali, dawn il-kundizzjonijiet u jistgħu, għaldaqstant, jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett ta’ devjazzjoni tal-ilma fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi.

    123

    Madankollu, fir-rigward ta’ SIK li jospita tip ta’ habitat naturali ta’ prijorità u/jew speċi ta’ prijorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, huma dawk marbuta mas-saħħa tal-bniedem jew mas-sigurtà pubblika jew dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma’ raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku maġġuri.

    124

    Peress li l-Kummissjoni, f’dan il-każ, ma għażlitx li tagħti opinjoni, għandu jiġi eżaminat jekk l-irrigazzjoni u l-provvista tal-ilma għax-xorb jistgħux jaqgħu taħt il-kunsiderazzjonijiet indikati fil-punt preċedenti.

    125

    Rigward l-irrigazzjoni, jidher li din ma tistax fil-prinċipju tikkwalifika bħala kunsiderazzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mas-sigurtà pubblika. Min-naħa l-oħra, jidher iktar plawsibbli li l-irrigazzjoni tista’, f’ċerti ċirkustanzi, ikollha konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent.

    126

    Min-naħa l-oħra, l-provvista tal-ilma għax-xorb għandha tiġi, fil-prinċipju, tiġi inkluża f’numru ta’ kunsiderazzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem.

    127

    Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaffettwax fil-fatt ħażin l-integrità ta’ wieħed jew iktar SIK li jospita tip ta’ habitat naturali u/jew ta’ speċi prijoritarji.

    128

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ir-risposta għat-tnax-il domanda għandha tkun li d-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li raġunijiet marbuta, minn naħa, mal-irrigazzjoni u, min-naħa l-oħra, mal-provvista tal-ilma għax-xorb, invokati insostenn ta’ proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilmijiet, jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku maġġuri ta’ natura li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-siti kkonċernati. Meta tali proġett jaffettwa ħażin l-integrità ta’ SIK li jospita tip ta’ habitat naturali u/jew speċi prijoritarji, it-twettiq tiegħu jista’ jiġi ġġustifikat minn raġunijiet marbuta mal-provvista tal-ilma għax-xorb. F’ċerti ċirkustanzi, huwa jista’ jiġi ġġustifikat b’riferiment għal konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent. Min-naħa l-oħra, l-irrigazzjoni ma tistax, fil-prinċipju, tikkwalifika bħala kunsiderazzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mas-sigurtà pubblika, li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    Fuq it-tlettax-il domanda

    129

    Permezz tat-tlettax-il domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk skont id-Direttiva 92/43, hemm lok, sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri kumpensatorji xieraq, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-portata tad-devjazzjoni u l-ammont ta’ xogħlijiet li tinvolvi din id-devjazzjoni.

    130

    Skont l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, jekk, minkejja konklużjonijiet negattivi tal-evalwazzjoni tal-effeti fuq is-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi, pjan jew proġett għandu madankollu jitwettaq għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku maġġuri, inkluż ta’ natura soċjali jew ekonomika, l-Istat Membru għandu jiġi kull miżura kumpensatorja neċessarja sabiex jiżgura li l-koerenza globali ta’ Natura 2000 tiġi protetta.

    131

    Kif tfakkar fil-punt 114 ta’ din is-sentenza, sabiex tiġi ddeterminata n-natura ta’ eventwali miżuri kumpensatorji, l-effetti ħżiena tal-proġett fuq is-sit ikkonċernat għandhom jiġu identifikati bi preċiżjoni.

    132

    Il-portata tad-devjazzjoni tal-ilma u l-ammont ta’ xogħlijiet li tinvoli din id-devjazzjoni huma elementi li t-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jiġu identifikati bi preċiżjoni l-effetti ħżiena tal-proġett fuq is-sit ikonċernat, u għaldaqstant, sabiex tiġi ddeterminata n-natura tal-miżuri kumpensatorji meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-koerenza globali ta’ Natura 2000 tiġi protetta.

    133

    Konsegwentement, ir-risposta għat-tlettax-il domanda għandha tkun li, skont id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha, hemm lok, sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri kumpensatorji xieraq, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-portata tad-devjazzjoni u l-ammont ta’ xogħlijiet li tinvolvi din id-devjazzjoni.

    Fuq l-erbatax-il domanda

    134

    Permezz tal-erbatax-il premessa, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 92/43, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, stabbilit fl-Artikolu 6 KE, tawtorizzax, fir-rigward ta’ siti li jifformaw parti min-netwerk Natura 2000, il-konverżjoni ta’ ekosistema tax-xmajjar naturali għal ekosistema tax-xmajjar u tal-lagi artifiċjali.

    135

    Anki jekk il-konversjoni ta’ ekosistema tax-xmajjar naturali għal ekosistema tax-xmajjar u tal-lagi artifiċjali taffettwa ħażin l-integrità ta’ siti li jifformaw parti min-netwerk Natura 2000, ma jirriżulta neċessarjament li l-proġett li huwa l-kawża ta’ tali konversjoni ma jistax jiġi awtorizzat.

    136

    Fil-fatt, kif ġie kkonstatat fil-punt 119 ta’ din is-sentenza, skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, li jikkonċerna s-siti li jifformaw parti min-netwerk Natura 2000, l-imsemmi proġett jista’ jiġi awtorizzat sakemm il-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni huma sodisfatti.

    137

    Skont it-tlettax-il premessa tad-Direttiva 92/43, filwaqt li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-manteniment tal-bijodiversità, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u reġjonali, hija tikkontribwixxi għall-għan ġenerali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-manteniment ta’ din il-bijodiversità jista’ jeħtieġ, f’ċerti każijiet, il-manteniment, jew saħanistra l-inkoraġġiment, ta’ attivitajiet umani.

    138

    Għalhekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-kundizzjoni li tipprovdi li l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kumpensatorji kollha meħtieġ sabiex tiġi żgurata li l-koerenza globali ta’ Natura 2000 hija protetta, għandu jiġi applikat fid-dawl tal-għan tal-żvilupp sostenibbli kif invokat fit-tielet premessa ta’ din id-direttiva u stabbilit fl-Artikolu 6 KE.

    139

    Konsegwentement, ir-risposta għall-erbatax-il domanda għandha tkun li d-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, stabbilit fl-Artikolu 6 KE, tawtorizza, fir-rigward ta’ siti li jifformaw parti min-netwerk Natura 2000, il-konverżjoni ta’ ekosistema tax-xmajjar naturali għal ekosistema tax-xmajjar u tal-lagi artifiċjali sakemm il-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni tal-imsemmija direttiva huma sodisfatti.

    Fuq l-ispejjeż

    140

    Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

     

    Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:

     

    1)

    L-Artikoli 13(6) u 24(1) tad-Direttiva 2000/60 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jiffissaw rispettivament it-22 ta’ Diċembru 2009 bħala d-data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit għall-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara u t-22 ta’ Diċembru 2003 bħala d-data ta’ skadenza tat-terminu massimu li għandhom disponibbli għalihom l-Istati Membri sabiex iwettqu t-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari tal-Artikoli 3 sa 6, 9, 13 u 15 tagħha.

     

    2)

    Id-Direttiva 2000/60 għandha tiġi interpretata fis-sens li:

    Hija ma tipprekludix, fil-prinċipju, dispożizzjoni nazzjonali li tawtorizza, qabel it-22 ta’ Diċembru 2009, it-trasferiment ta’ ilma minn baċin tax-xmara lejn ieħor jew minn distrett ta’ baċin tax-xmara lejn ieħor meta l-pjanijiet ta’ maniġġar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara kkonċernati jkunu għadhom ma ġewx adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

    tali trasferiment ma għandux ikun ta’ natura li serjament jikkomprometti l-kisba tal-għanijiet stabbiliti minn din id-direttiva;

    madankollu, l-imsemmi trasferiment, sa fejn jista’ jwassal għal effetti negattivi għall-ilma bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 4(7) tal-istess direttiva, jista’ jiġi awtorizzat, tal-inqas, jekk il-kundizzjonijet imsemmija fil-punti (a) sa (d) ta’ din l-istess dispożizzjoni huma sodisfatti;

    il-fatt li ma huwiex possibbli għall-baċin tax-xmara jew għad-distrett ta’ baċin tax-xmara li jirċievi sabiex jissodisfa permezz tar-riżorsi tal-ilma tiegħu stess il-ħtiġiet ta’ ilma għax-xorb, ta’ produzzjoni ta’ elettriċità jew ta’ irrigazzjoni ma huwiex kundizzjoni indispensabbli sabiex tali trasferiment ta’ ilma jkun kompatibbli mal-imsemmija direttiva peress li l-kundizzjonijiet preċedentement imsemmija huma sodisfatti.

     

    3)

    Il-fatt li parlament nazzjonali japprova pjanijiet ta’ maniġġar ta’ baċini tax-xmara, bħala dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta ebda proċedura ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni jew ta’ parteċipazzjoni ma tkun ġiet implementata, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/60, u b’mod partikolari tal-Artikolu 14(1) tagħha.

     

    4)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(5) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix liġi bħal-Liġi 3481/2006, adottat mill-parlament Grieg fit-2 ta’ Awwissu 2006, li tapprova proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, abbażi ta’ studju tal-effetti ambjentali ta’ dan il-proġett li kien serva bħala bażi ta’ deċiżjoni amministrattiva adottata wara proċedura konformi mal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku previsti minn din id-direttiva, u dan għalkemm din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz ta’ rimedju ġudizzjarju, sakemm l-imsemmija liġi tikkostitwixxi att leġiżlattiv speċifiku, b’tali mod li l-għanijiet ta’ din id-direttiva jistgħu jintlaħqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ġew osservati.

     

    5)

    Proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandux jitqies bħala pjan jew programm li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent.

     

    6)

    Iż-żoni inklużi fil-lista nazzjonali ta’ siti ta’ importanza Komunitarja, mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u wara inklużi fil-lista tas-SIK adottata bid-Deċiżjoni 2006/13 tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tadotta, skont id-Direttiva 92/43/KEE, il-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju, kienu jibbenefikaw, wara n-notifika tad-Deċiżjoni 2006/613 lill-Istat Membru kkonċernat, mill-protezzjoni ta’ din id-direttiva qabel il-pubblikazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni. B’mod partikolari, wara din in-notifika, l-Istat Membru kkonċernat, kellu wkoll jieħu l-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 6(2) sa (4) ta’ din id-direttiva.

     

    7)

    Id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tagħha, għandha tiġi interpretata tipprekludi proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilma li ma jkunx marbut direttament ma’ jew ma jkunx meħtieġ għall-konservazzjoni ta’ ŻPS, iżda jista’ jaffettwaha b’mod sinjifikattiv, meta ma jkun hemm ebda informazzjoni jew ma jkunx hemm data affidabbli u aġġornata fir-rigward tal-għasafar f’din iż-żona.

     

    8)

    Id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li raġunijiet marbuta, minn naħa, mal-irrigazzjoni u, min-naħa l-oħra, mal-provvista tal-ilma għax-xorb, invokati insostenn ta’ proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilmijiet, jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku maġġuri ta’ natura li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-siti kkonċernati. Meta tali proġett jaffettwa ħażin l-integrità ta’ sit ta’ importanza Komunitarja li jospita tip ta’ habitat naturali u/jew speċi prijoritarji, it-twettiq tiegħu jista’ jiġi ġġustifikat minn raġunijiet marbuta mal-provvista tal-ilma għax-xorb. F’ċerti ċirkustanzi, huwa jista’ jiġi ġġustifikat b’riferiment għal konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent. Min-naħa l-oħra, l-irrigazzjoni ma tistax, fil-prinċipju, tikkwalifika bħala kunsiderazzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mas-sigurtà pubblika, li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett bħal dak inkwisjtoni fil-kawża prinċipali.

     

    9)

    Skont id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha, hemm lok, sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri kumpensatorji xieraq, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-portata tad-devjazzjoni u l-ammont ta’ xogħlijiet li tinvolvi din id-devjazzjoni.

     

    10)

    Id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, stabbilit fl-Artikolu 6 KE, tawtorizza, fir-rigward ta’ siti li jifformaw parti min-netwerk Natura 2000, il-konverżjoni ta’ ekosistema tax-xmajjar naturali għal ekosistema tax-xmajjar u tal-lagi artifiċjali sakemm il-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni tal-imsemmija direttiva huma sodisfatti.

     

    Firem


    ( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Grieg.

    Top