This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CB0336
Case C-336/10: Order of the Court (Fifth Chamber) of 8 April 2011 (reference for a preliminary ruling from the Curtea de Apel Craiova (Romania)) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu v Victor Vinel Ijac (First subparagraph of Article 104(3) of the Rules of Procedure — Internal taxation — Article 110 TFEU — Pollution tax levied upon first registration of motor vehicles)
Kawża C-336/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova — ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Impożizzjonijiet interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa fuq l-inkwinament imposta mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
Kawża C-336/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova — ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Impożizzjonijiet interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa fuq l-inkwinament imposta mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
ĠU C 211, 16.7.2011, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/8 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova — ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac
(Kawża C-336/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Impożizzjonijiet interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq l-inkwinament imposta mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
2011/C 211/13
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu
Konvenuta: Victor Vinel Ijac
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Craiova — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li kienu diġà ġew irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali fuq vetturi bil-mutur li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru speċifiku — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE.
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa fuq l-inkwinament fuq vetturi bil-mutur li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tiġi applikata b’mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jiġi skoraġġut ix-xiri ta’ vetturi użati tal-istess numru ta’ snin u tal-istess użu fis-suq nazzjonali.