Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0617

    Kawża C-617/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas- 26 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Haparanda tingsrätt — l-Isvezja) — Åklagaren vs Hans Åkerberg Fransson (Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 51 — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Trażżin ta’ aġir li jikkawża ħsara fir-rigward ta’ riżors proprju tal-Unjoni — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Sistema nazzjonali li timplika żewġ proċeduri separati, amministrattivi u kriminali, sabiex jiġi ssanzjonat l-istess aġir imputabbli — Kompatibbiltà)

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Haparanda tingsrätt — l-Isvezja) — Åklagaren vs Hans Åkerberg Fransson

    (Kawża C-617/10) (1)

    (Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 51 - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Trażżin ta’ aġir li jikkawża ħsara fir-rigward ta’ riżors proprju tal-Unjoni - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Sistema nazzjonali li timplika żewġ proċeduri separati, amministrattivi u kriminali, sabiex jiġi ssanzjonat l-istess aġir imputabbli - Kompatibbiltà)

    2013/C 114/08

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Haparanda tingsrätt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Åklagaren

    Konvenut: Hans Åkerberg Fransson

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Haparanda tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 TUE u 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ġurisprudenza nazzjonali li teżiġi bażi ċara fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jew fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex taċċetta li ma tapplikax dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jkunu kuntrarji għall-prinċipju ta’ ne bis in idem — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li aġir kuntrarju għad-dritt fiskali jista’ jiġi ppenalizzat, minn naħa, fuq il-livell amministrattiv permezz ta’ żieda fit-taxxa u, min-naħa l-oħra, fuq il-livell kriminali permezz ta’ sentenza ta’ priġunerija — Kompatibbiltà mal-prinċipju ta’ ne bis in idem ta’ sistema nazzjonali li timplika żewġ proċeduri separati sabiex jiġi ppenalizzat l-istess aġir illegali

    Dispożittiv

    (1)

    Il-prinċipju ta’ ne bis in idem sanċit fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludix lil Stat Membru milli jimponi suċċessivament, għall-istess fatti ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi dikjarattivi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, sanzjoni fiskali u sanzjoni kriminali sakemm l-ewwel sanzjoni ma tkunx ta’ natura kriminali, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali;

    (2)

    Id-dritt tal-Unjoni ma jirregolax ir-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, u l-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri u lanqas ma jiddetermina l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mill-qorti nazzjonali f’każ ta’ kunflitt bejn id-drittijiet żgurati minn din il-konvenzjoni u regola ta’ dritt nazzjonali;

    (3)

    Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi prassi ġudizzjarja li tissuġġetta l-obbligu, tal-qorti nazzjonali, li ma tapplikax kull dispożizzjoni li tilledi xi dritt fundamentali żgurat mill-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea għall-kundizzjoni li l-imsemmija leżjoni tkun tirriżulta b’mod ċar mit-test ta’ dik il-Karta jew mill-ġurisprudenza marbuta magħha, peress li din tirrifjuta lill-qorti nazzjonali s-setgħa li tevalwa b’mod sħiħ, u fejn ikun xieraq, bil-kooperazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kompatibbiltà tal-imsemmija dispożizzjoni ma’ dik l-istess Karta.


    (1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


    Top