Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0596

    Kawża C-596/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat- 8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel)

    ĠU C 126, 28.4.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 126/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-596/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel)

    2012/C 126/03

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Afonso, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, J. — S. Pilczer u B. Beaupère-Manokha, aġenti)

    Intervenjenti: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent u N. Travers u de G. Clohessy, barristers)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 sa 99 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini, b’mod partikolari maż-żwiemel.

    Dispożittiv

    (1)

    Billi applikat rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għat-tranżazzjonijiet mabuta mal-ekwini u, b’mod partikolari, maż-żwiemel, meta dawn tal-aħħar ma jkunux normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni tal-ikel jew fil-produzzjoni agrikola, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 99 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din tal-aħħar.

    (2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


    Top