Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0555

    Kawża C-555/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 6(3) u Anness II — Direttiva 2001/14/KE — Artikoli 4(2) u 14(2) — Amministratur tal-infrastruttura — Indipendenza organizzattiva u deċiżjonali — Struttura ta’ holding — Traspożizzjoni inkompleta” )

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    (Kawża C-555/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 6(3) u Anness II - Direttiva 2001/14/KE - Artikoli 4(2) u 14(2) - Amministratur tal-infrastruttura - Indipendenza organizzattiva u deċiżjonali - Struttura ta’ holding - Traspożizzjoni inkompleta)

    2013/C 114/06

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: G. Braun, B. Simon, R. Vidal Puig u H. Støvlbæk, aġenti]

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija [rappreżentanti: C. Pesendorfer u U. Zechner, aġenti]

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u S. Fiorentino, Avvocato dello Stato]

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif ukoll mal-Artikoli 4(2) u 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 30, 29.01.2011


    Top