Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0553

    Kawżi magħquda C-553/10 u C-554/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 6 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Éditions Odile Jacob SAS, Wendel Investissement SA, Lagardère SCA u Lagardère SCA vs Éditions Odile Jacob SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Wendel Investissement SA (Appell — Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba — Annullament tad-deċiżjoni relatata mal-approvazzjoni ta’ impriża tal-investiment bħala akkwirenti tal-assi ċeduti — Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Éditions Odile Jacob SAS, Wendel Investissement SA, Lagardère SCA u Lagardère SCA vs Éditions Odile Jacob SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Wendel Investissement SA

    (Kawżi magħquda C-553/10 u C-554/10 P) (1)

    (Appell - Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Annullament tad-deċiżjoni relatata mal-approvazzjoni ta’ impriża tal-investiment bħala akkwirenti tal-assi ċeduti - Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju)

    2013/C 9/11

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, A. Bouquet u S. Noë, aġenti), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati), Wendel Investissement SA (rappreżentanti: M. Trabucchi, F. Gordon u C. Baldon, avukati), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, A. Bouquet u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-13 ta’ Settembru 2010, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (T-452/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2004)203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirent tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) — Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju — Żnaturament tal-punti ta’ fatt — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

    Dispożittiv

    (1)

    L-appelli huma miċħuda.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea u Lagardère SCA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Éditions Odile Jacob SAS.

    (3)

    Wendel Investissement SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 46, 12.2.2011


    Top