This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0549
Case C-549/10 P: Judgment of the Court (Third Chamber) of 19 April 2012 — Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS v European Commission (Appeal — Competition — Dominant position — Abuse — Market for machines for the collection of used beverage containers — Decision finding an infringement of Article 82 EC and Article 54 of the EEA Agreement — Exclusivity agreements, quantity commitments and loyalty rebates)
Kawża C-549/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ April 2012 — Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE — Ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà)
Kawża C-549/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ April 2012 — Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE — Ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà)
ĠU C 165, 9.6.2012, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-549/10 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Abbuż - Suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE - Ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà)
2012/C 165/09
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS (rappreżentanti: O. W. Brouwer, avukat, J. Midthjell, avukat, A.J. Ryan, solicitor)
Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u N. Khan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-155/06, Tomra Systeme ASA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Marzu 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra), li timponi multa ta’ EUR 24 miljun lill-appellanti peress li implementaw, b’abbuż mill-pożizzjoni dominanti tagħhom, prattiki li jinkludu ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà sabiex jipprekludu jew idewwmu d-dħul ta’ manifatturi oħra fis-suq Awstrijaku, Ġermaniż, Olandiż, Norveġiż u Svediż tas-suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati, kif ukoll, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis sostanzjali tal-multa
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB u Tomra Butikksystemer AS huma kkundannati għall-ispejjeż. |