Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0520

Kawża C-520/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Ir-Renju Unit) — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs) ( “Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 2 — Provvista ta’ servizzi bi ħlas — Servizzi ta’ telekomunikazzjoni — Skedi tat-telefon imħallsa minn qabel li jinkludu informazzjoni li tiffaċilita aċċess għal telefonati internazzjonali — Tqegħid fis-suq permezz ta’ distributuri” )

ĠU C 174, 16.6.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Ir-Renju Unit) — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs)

(Kawża C-520/10) (1)

(Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 2 - Provvista ta’ servizzi bi ħlas - Servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Skedi tat-telefon imħallsa minn qabel li jinkludu informazzjoni li tiffaċilita aċċess għal telefonati internazzjonali - Tqegħid fis-suq permezz ta’ distributuri)

2012/C 174/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lebara Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Skedi tat-telefon mibjugħa minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru lil distributur residenti fi Stat Membru ieħor u mibjugħa mill-ġdid minn dan id-distributur lil persuni li jużawhom sabiex jagħmlu telefonati — Tranżazzjoni komposta minn diversi elementi — Metodi ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/92/KE, tas-7 ta’ Ottubru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur tat-telefonija, li jipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni li jikkonsistu fil-bejgħ lil distributur ta’ skedi tat-telefon li jinkludu l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex isiru telefonati internazzjonali permezz tal-infrastruttura pprovduta mill-imsemmi operatur u li jinbiegħu mill-ġdid mid-distributur, f’ismu proprju u għall-interessi tiegħu, lil utenti finali, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ persuni taxxabbli oħra bħal bejjiegħa bl-ingrossa jew bl-imnut, jipprovdi provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni bi ħlas lid-distributur. Għall-kuntrarju, l-imsemmi operatur ma jipprovdix it-tieni provvista ta’ servizzi bi ħlas lill-utent finali meta dan tal-aħħar, wara li jkun akkwista l-iskeda tat-telefon, jeżerċita d-dritt li jagħmel telefonati billi jinqeda’ mill-informazzjoni li jkun hemm fuq dik l-iskeda.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


Top