Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0514

    Kawża C-514/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky — ir-Repubblika Ċeka) — Wolf Naturprodukte GmbH vs Sewar spol. s r.o. (Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni mal-Unjoni Ewropea)

    ĠU C 250, 18.8.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 250/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky — ir-Repubblika Ċeka) — Wolf Naturprodukte GmbH vs Sewar spol. s r.o.

    (Kawża C-514/10) (1)

    (Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni mal-Unjoni Ewropea)

    2012/C 250/04

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší soud České republiky

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wolf Naturprodukte GmbH

    Konvenuta: Sewar spol. s r. o

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší soud České republiky — Interpretazzjoni tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni mal-Unjoni Ewropea

    Dispożittiv

    L-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun fondata l-applikabbiltà ta’ dan ir-regolament għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, huwa meħtieġ li, fil-mument li tingħata din id-deċiżjoni, dan ir-regolament kien fis-seħħ kemm fl-Istat Membru ta’ oriġini kif ukoll fl-Istat Membru mitlub.


    (1)  ĠU C 13, 15.11.2011.


    Top