Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0500

    Kawża C-500/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna — l-Italja) — Ufficio IVA di Piacenza vs Belvedere Costruzioni Srl ( “Tassazzjoni — VAT — Artikolu 4(3) TUE — Sitt Direttiva — Artikoli 2 u 22 — Għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza” )

    ĠU C 151, 26.5.2012, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna — l-Italja) — Ufficio IVA di Piacenza vs Belvedere Costruzioni Srl

    (Kawża C-500/10) (1)

    (Tassazzjoni - VAT - Artikolu 4(3) TUE - Sitt Direttiva - Artikoli 2 u 22 - Għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza)

    2012/C 151/11

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ufficio IVA di Piacenza

    Konvenuta: Belvedere Costruzioni Srl

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna — Taxxa fuq il-valur miżjud — Artikoli 2 u 22 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Obbligu tal-Istati Membri li jiggarantixxu rkupru effettiv tal-VAT — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, b’ċerti kundizzjonijiet, l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja fil-qasam fiskali mingħajr deċiżjoni fuq il-mertu mill-qorti tat-tielet istanza, b’mod li għaldaqstant id-deċiżjoni meħuda mill-qorti tat-tieni istanza ssir res judicata — Effett allegat ta’ rinunzja għall-irkupru tat-taxxi armonizzati

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-applikazzjoni, fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ dispożizzjoni nazzjonali eċċezzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza, meta dawn il-proċeduri joriġinaw minn rikors ippreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin, u fil-prattika iktar minn erbatax-il sena, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u meta l-awtorità tat-taxxa tilfet quddiem l-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji, bil-konsegwenza li dan l-għeluq awtomatiku jwassal sabiex id-deċiżjoni tat-tieni istanza ġudizzjarja ssir res judicata u l-kreditu fiskali mitlub mill-awtorità tat-taxxa jiġi estint.


    (1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


    Top