EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0473

Kawża C-473/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja — Impożizzjoni ta’ tariffa tal-infrastruttura ferrovjarja — Direttivi 91/440/KEE u 2001/14/KE — Traspożizzjoni inkompleta)

ĠU C 114, 20.4.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-473/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji - Allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja - Impożizzjoni ta’ tariffa tal-infrastruttura ferrovjarja - Direttivi 91/440/KEE u 2001/14/KE - Traspożizzjoni inkompleta)

2013/C 114/04

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, B. Simon u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, K. Szíjjártó u G. Koós, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Očková, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, B. Majczyna u M. Laszuk, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif ukoll mal-Artikoli 4(2), 6(1) u (2), 7(3), 11 u 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha, sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 6(1) u (2) kif ukoll 7(3) tad-Direttiva 2001/14, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kif emendata bid-Direttiva 2007/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

(4)

Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


Top