Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0456

    Kawża C-456/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado (Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut ta’ tabakk milli jimpurtaw prodotti tat-tabakk — Regola dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-monopolju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk — Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tal-konsumaturi)

    ĠU C 174, 16.6.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 174/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado

    (Kawża C-456/10) (1)

    (Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut ta’ tabakk milli jimpurtaw prodotti tat-tabakk - Regola dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-monopolju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tal-konsumaturi)

    2012/C 174/07

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT)

    Konvenuta: Administración del Estado

    fil-preżenza ta’: Unión de Asociaciones de Estanqueros de España, Logivend SLU, Organización Nacional de Asociaciones de Estanqueros

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE — Monopolju Spanjol ta’ kummerċjalizzazzjoni tat-tabakk — Projbizzjoni ta’ importazzjoni ta’ tabakk imposta fuq il-bejjiegħa bl-imnut u stabbilita favur il-bejjiegħa bl-ingrossa — Proporzjonalità

    Dispożittiv

    L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lill-proprjetarju ta’ ħwienet tat-tabakk u tal-bolol milli jeżerċitaw attività ta’ importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk minn Stati Membri oħra.


    (1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


    Top