Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0436

    Kawża C-436/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad- 29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — L-Istat Belġjan vs BLM SA (Sitt Direttiva tal-VAT — Punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u Artikolu 13B(b) — Dritt għal tnaqqis — Beni ta’ investiment li jappartjenu lil persuna taxxabbli li hija persuna morali u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persunal tagħha għall-bżonnijiet privati tagħhom)

    ĠU C 151, 26.5.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — L-Istat Belġjan vs BLM SA

    (Kawża C-436/10) (1)

    (Sitt Direttiva tal-VAT - Punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u Artikolu 13B(b) - Dritt għal tnaqqis - Beni ta’ investiment li jappartjenu lil persuna taxxabbli li hija persuna morali u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persunal tagħha għall-bżonnijiet privati tagħhom)

    2012/C 151/10

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Mons

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: L-Istat Belġjan — SPF Finances

    Konvenuta: BLM SA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Mons — Interpretazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2) u tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Beni ta’ investiment li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni u assenjati parzjalment għall-bżonnijiet privati ta’ diriġent ta’ persuna ġuridika u tal-familja tiegħu, li ta lok għad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis

    Dispożittiv

    (1)

    Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, għalkemm il-karatteristiċi ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b) ma humiex sodisfatti, tikkunsidra bħala provvista ta’ servizzi eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont din l-aħħar dispożizzjoni l-użu, għall-bżonnijiet privati tal-persunal ta’ persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika, ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali fuq proprjetà immobbli minn din il-persuna taxxabbli, meta din il-proprjetà kienet eliġibbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input.

    (2)

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jistax jiġi kkunsidrat li jeżisti kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-imsemmi Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva.


    (1)  ĠU C 328, 04.12.2010


    Top