Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0420

    Kawża C-420/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) — Söll GmbH vs Tetra GmbH (Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali — Direttiva 98/8/KE — Artikolu 2(1)(a) — Kunċett ta’ “prodotti bijoċidali” — Prodott li jikkawża l-flokkulazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, mingħajr ma jeqridhom, igerixxhom jew jirrendihom bla kapaċità li jagħmlu ħsara)

    ĠU C 118, 21.4.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) — Söll GmbH vs Tetra GmbH

    (Kawża C-420/10) (1)

    (Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali - Direttiva 98/8/KE - Artikolu 2(1)(a) - Kunċett ta’ “prodotti bijoċidali” - Prodott li jikkawża l-flokkulazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, mingħajr ma jeqridhom, igerixxhom jew jirrendihom bla kapaċità li jagħmlu ħsara)

    2012/C 118/05

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Söll GmbH

    Konvenuta: Tetra GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3) — Kwalifika bħala “prodott bijoċidal” ta’ prodott li jikkawża l-flokkulazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, mingħajr ma jeqridhom, igerixxhom jew jirrendihom bla kapaċità li jagħmlu ħsara — Prodott alġiċida li fih is-sustanza idrossidu tal-klorur tal-aluminju — Kunċett ta’ “prodott bijoċidal”

    Dispożittiv

    Il-kunċett ta’ “prodotti bijoċidali” li jinsab fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri anki l-prodotti li jaġixxu biss b’mod indirett fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira tagħhom meta dawn il-prodotti jkun fihom sustanza attiva jew iktar li toħloq azzjoni, kimika jew bijoloġika, li tagħmel parti integrali minn sensiela ta’ azzjonijiet b’rabta kawżali bejniethom li l-għan tagħhom ikun li jiġi prodott effett detrimentali fir-rigward tal-organiżmi msemmija


    (1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


    Top