EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0387

Kawża C-387/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad- 29 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tikkonċerna l-fondi ta’ investiment u l-fondi ta’ investiment immobbiljari — Prova dwar id-dħul ikkunsidrat bħala mqassam — Prova fornita mill-intermedjarju ta’ rappreżentant fiskali — Stabbilimenti ta’ kreditu u fiduċjarji ekonomiċi nazzjonali li għandhom il-kwalità ta’ rappreżentant fiskali)

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-387/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tikkonċerna l-fondi ta’ investiment u l-fondi ta’ investiment immobbiljari - Prova dwar id-dħul ikkunsidrat bħala mqassam - Prova fornita mill-intermedjarju ta’ rappreżentant fiskali - Stabbilimenti ta’ kreditu u fiduċjarji ekonomiċi “nazzjonali” li għandhom il-kwalità ta’ rappreżentant fiskali)

2011/C 340/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE u tal-Artikolu 36 tal-Ftehim, tat-2 ta’ Mejju 1992, dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU 1994, L 1, p. 3) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita r-rappreżentazzjoni fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobbiljari għat-trustees u l-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti f’dan l-Istat

Dispożittiv

(1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-istabbilimenti ta’ kreditu nazzjonali u l-fiduċjarji ekonomiċi nazzjonali biss jistgħu jkunu maħtura bħala rappreżentanti fiskali ta’ fondi ta’ investiment jew fondi ta’ investiment immobbiljari, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 KE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


Top